<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

10.6.06

Grupp A, Ġurnata 1

Bidu tajjeb, ġurnata aħjar, kif jgħid il-Malti. Il-festin tal-Ġermanja kienet waħda mill-aktar partiti tal-ftuħ divertenti fil-memorja reċenti tat-Tazza tad-Dinja. Kellna tliet gowls fl-ewwel 17-il minuta (jiena tlifthom, ħeqq, għax kont għadni qed inteftef fil-blogg...), tmien gowls b'kollox, li nittamaw huma awgurju tajjeb għal dak li għadu ġej.



Ġermanja 4 Kosta Rika 2

Imn'Alla hemm l-internet biex inkunu nistgħu naraw l-azzjoni u l-gowls li nkunu tlifna fuq it-televixin. Ikklikkja hawn biex tara l-highlights ta' l-ewwel logħba. Sitt minuti biss dam ma wasal l-ewwel gowl tal-kampjunat. Sabiħ, imma mhux daqs il-free-kick tat-tmiem li bih il-Ġermanja ssiġillaw ir-rebħa. Frings donnu jħobb jixxuttja mill-bogħod, mill-ftit li stajt nara. Jekk tridu taraw il-gowl spettakolari tiegħu f'aktar detall, araw din is-sekwenza.

Ballack u mhux Ballack, il-Ġermaniżi rebħu mingħajr wisq problemi: għandhom teknika tajba, huma kompatti, u jafu joħolqu periklu meta jkunu fin-naħa ta' l-avversarju. Id-difiża mhix ħażina lanqas, fil-fatt deherli li ż-żewġ gowls tal-Kosta Rika messhom ġew imħassrin għax Wanchope kien f'pożizzjoni irregulari... imma dik hi l-lezzjoni li kellhom jitgħallmu l-Ġermaniżi, xi kultant in-nasba ta' l-offside teħel fiha d-difiża stess.

Polonja 0 Ekwador 2

Rajt biss l-aħħar nofs siegħa, imbagħad il-highlights. Daqsxejn sfortuntati l-Polakki, imma l-plejers ta' l-Ekwador kellhom wisq aktar stamina, u l-logħob tagħhom deher aktar eleganti.

Dan huwa Cristian Mora, il-gowlkiper ta' l-Ekwador, bil-bandiera ta' pajjiżu mpinġija fuq ħaddu. Ma tantx kellu jaħdem, għax meta l-Polakki fl-aħħar bdew jattakkaw ħames minuti qabel tmiem il-logħba, laqtu l-lasti darbtejn. Kważi kważi jistgħu jippakkjaw u jitilqu issa. It-tieni post tal-grupp naħseb li se jkun Latinoamerikan.


Din hi l-klassifika tal-Grupp A wara l-ewwel ġurnata:



Daqshekk għal-lum. Kelmtejn ta' malajr fuq l-ismijiet tal-blogg, li sfortunatament ma kellniex ħin biex niddiskutuhom ftit. Bħala indirizz għażilt il-forma popolari werld-kapp għax hija iqsar minn tazza-tad-dinja, u għax ma nixtieqx li dal-blogg jittieħed wisq serjament. Fejn jidħol it-titlu, kif diġà għedt fuq Triq il-Maqluba, deherli li jekk niktbu Il-Logħba s-Sabiħa bl-artiklu nkunu qegħdin nimplikaw li l-futbol huwa l-uniku sport sabiħ li jeżisti. Wisq superlattiv, imma x'aktarx jiddipendi minn kif taqrah. Għadni m'inix konvint, għax mingħajr l-artiklu ma jinstemax naturali... qiegħed jgħajjatli biex inbiddlu.

Skond ċertu Cristoforo, qegħdin "inkisru" [sic.] il-Malti... tibżax xbin, issa nagħmlu glossarju ta' termini suret in-nies ħalli nkunu żguri li nikbtu dwar il-futbol b'Malti tajjeb.

Għada nkomplu... grazzi lill-qarrejja kollha.

P.S. Hawn xi ħadd li għandu ċans jikteb ftit linji ta' malajr fuq il-partiti ta' għada? Se nkun 'il bogħod mill-kompjuter il-ġurnata kollha...

P.P.S. Jekk tistgħu tissuġġerixxu kliem Malti għal dawk li s'issa qed inħalli bl-Ingliż, napprezza ħafna... dwar il-lingwa tal-futbol nitkellmu fil-jiem li ġejjin.

Kummenti: 2

Blogger Peklectrick qal/qalet...

L-ewwel goal ta' Wanchope ma nahsibx li kien offside. Jien ma l-Germanja nzomm imma kien hemm difensur fuq in-naha ta l-lemin ta' l-Germanizi li kienu ezatt f' linja.

10/6/06 09:00  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Skond ir-regoli tal-FIFA Wanchope kien offside. Għax mill-ftit li rnexxieli nara, deherli li Wanchope kellu parti minn rasu u rkopptu (żewġ partijiet minn ġismu li seta' jiskorja bihom; ara kieku kellu jdejħ, hemmhekk ma kien jaqa' offside) 'il quddiem mil-linja fittizja mpinġija ma' l-aħħar difensur Ġermaniż. Qed nitkellmu fuq kwistjoni ta' ċentimetri hawnehekk. Issa kif iż-żikk qed jippretendu li l-uffiċjali tal-logħba jaraw dan il-kejl mingħajr għajnuna elettronika għadni ma nafx. Imma jekk trid tkun vera qansħa tista' tgħid li l-gol ta' Wanchope kien irregolari.

10/6/06 10:10  

Itfa' kumment

<< Home