<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

22.6.06

Gruppi A-B-C-D, Ġurnata 3



Peress li dawn il-gruppi tista' tgħid kienu diġà deċiżi wara t-tieni ġurnata, ma tantx jidhirli li hemm xi ngħidu dwar il-logħbiet ta' l-aħħar jumejn. Il-Ġermanja għelbu faċilment lill-Ekwador; kien hemm daqsxejn spettaklu fl-ewwel taqsima tal-partita bejn l-Ingilterra u l-Iżvezja, iżda mill-bqija dehritli naqra tedjanti; il-Messiku naqsu milli jiskurjaw il-gowl tad-dro kontra dak li sa ċertu punt kien il-B-team tal-Portugall (u ta' min Omar Bravo jħalli l-futbol u jmur lura għall-boksing); u kif bsart, l-Arġentina u l-Olanda prattikament lagħbu għad-dro, forsi għax jirrispettaw wisq 'il xulxin.

Tistgħu taraw il-ġawhra ta' Joe Cole f'dan il-vidjo:



U, per la cronaca, dawn huma r-riżultati tat-tmien partiti (ikklikkjaw fuqhom biex taraw il-filmat korrispondenti):

Ekwador 0 Ġermanja 3

Kosta Rika 1 Polonja 2

Żvezja 2 Ingilterra 2

Paragwaj 2 Trinidad u Tobago 0

Olanda 0 Arġentina 0

Kosta ta' l-Avorju 3 Serbja u Montenegro 2

Portugall 2 Messiku 1

Iran 1 Angola 1

Xi espressjonijiet meħudin mill-Malta Minnufih (wara ftit korrezzjonijiet):

«Hekk kif il-logħba dehret li se tispiċċa favur it-tim Ingliż, kienet geġwiġija fil-kaxxa l-kbira ta' l-Ingilterra li wasslet għall-gowl tad-dro deċiżiv.»

«Meta Sohrab Bakhtiarizadeh 15-il minuta mit-tmiem skorja għat-tim Iranjan, it-tama li l-Angola kellhom li jilħqu l-Messiku bid-differenza fil-gowls sfaxxa fix-xejn



Hawnhekk il-klassifiki finali u l-panorama tat-tieni fażi tat-turnew... tgħid ikollna semi-finali bejn Spanja u l-Ingilterra? L-ewwel se jkollhom jeliminaw lill-Brażil, u lir-rebbieħ tal-partita Portugall-Olanda...



Kummenti: 8

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Gheziez moderaturi,

hsibt li kien blogg serju dan. hsibt li fuq dal-blogg stajna niddiskutu l-futbol bil-kwiet u minghajr indhil minn forzi sopranaturali 'l barra mill-grawnd. Imbaghad nara li fil-klassifika ta' Grupp B, minflok L-Ingilterra tikteb F.C. Baked Beans. Dan l-attegjament taghkom inikittni ferm. Stennejt ahjar minnkom tal-werld-kapp.blogspot.com. Ahna l-qarrejja fidili taghkom nistennew imparzjalita u fedelta lejn il-fatti, iktar u iktar f'dawn iz-zminijiet daqshekk difficli. Nisperaw li ma ssirx drawwa din li tizzuffjettaw bil-loghba s-sabiha.

Iddizappuntat,

Il-Mahdem

22/6/06 09:30  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Ghaziz sieheb Mahdem...

dan il-blogg l-ewwelnett jiktbu fieh hafna nies differenti, u ghall-kuntrarju ta' gazzetta jew kwalunkwe sit iehor, ma fiehx linja editorjali wahda. Ghaldaqstant, kull artiklu/bloggata jinkiteb mill-angolu tal-persuna li tkun qed tikteb, jigifieri jekk Twanny iddecieda li dawk jghidulhom F.C. Baked Beans biex jinki lil xi hadd, let it be. Jekk trid taqra xi haga iktar oggettiva, dejjem hemm il-gazzetti u l-mainstream media.

22/6/06 10:43  
Blogger Hsejjes qal/qalet...

FC Baked Beans....Heinz jew Mayor???
U ejja,Mahdem, mela ma tindunax li din cajta qeda tizfen taht imniehrek???

22/6/06 11:57  
Blogger Erezija qal/qalet...

U ejja, hsejjes + arcibald, mela ma tindunawx li din cajta qeda tizfen taht imnehirkom???

22/6/06 12:15  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Ħeħe, il-Maħdem ;) Għaraftek mill-ewwel!

22/6/06 14:39  
Blogger Arcibald qal/qalet...

dejjem naqa ghalihom jien.. ahjar noqghod kwiet kultant :)

22/6/06 14:57  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Jien indunajt x'kienet... (avolja ma tantx għoġbitni din tal-fażola lili imma msomma) :P

22/6/06 15:51  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Jekk trid taqra xi haga iktar oggettiva, dejjem hemm il-gazzetti u l-mainstream media.

Tiċċajta!

23/6/06 00:30  

Itfa' kumment

<< Home