<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

18.6.06

Gruppi C – D – E, Ġurnata 2

Arġentina 6
Serbja u Montenegro 0

Festa kbira tal-futbol, wisq probabbli l-isbaħ logħba li rajna s'issa f'din l-edizzjoni tal-kampjunat. L-Arġentini għandhom ħafna talent individwali, iżda l-bieraħtlula wrew kemm dan it-talent jitkattar meta jilagħbu bħala tim. Jekk tridu eżempju, araw it-tieni gowl, dak li skorja Cambiasso wara xi seba' passi perfetti bejn il-plejers u daqqa ta' għarqub minn Crespo. Il-gowls kollha sbieħ, anki dak ta' Crespo li ġie mħassar bi żball (fil-fatt, naħseb li kien ħaqqu triplett), imma t-tnejn ta' l-aħħar bellhuni. Kemm hu veloċi Messi, il-wunderkind tal-Barça! Ferħan li José Pekerman sema' mill-partitarji. Wara r-rebħa spettakolari ta' Spanja kontra l-Ukrajna, Maradona stqarr lil stazzjon tat-televiżjoni Spanjola li kien baqa' "acojonado" –ċjoè, imwerwer, jew biex inkunu aktar eżatti, oħorġu aġġettiv mill-għerq BWL– u li jittama li ma jispiċċawx jiltaqgħu ma' l-Arġentini. Il-bieraħ però qal bil-kontra... issa mhux hu qiegħed jibża', imma Aragonés!

Tistgħu taraw il-filmat tal-Fifa, jew inkella il-vidjo ta' hawn isfel. Fl-artiklu ta' l-Orizzont, fost il-ħafna żbalji kien hemm xi erba' espressjonijiet tajbin, iżda milli nista' nara, sfortunatament l-edizzjoni tal-lum (is-Sibt) ma ġietx imtellgħa fuq l-eteru, u l-gazzetta issa mhix qiegħda għandi.



Olanda 2
Kosta ta' l-Avorju 1

Għalkemm plejer ta' skwadra li ma naħmilx (l-Arsenal, b'isem u logo tal-gwerra...), ikolli nammetti, Van Persie kien l-eroj tal-logħba. Kien kullimkien, fid-difiża, f'nofs il-grawnd u fl-attakk, skorja frikik ħelu, u meta fl-aħħar kwarta l-Affrikani bdew jagħmlu ħafna pressjoni, evita l-gowl tad-dro billi bblokkja l-ballun b'sidru fuq dik li l-Orizzont iħobbu jsejħulha l-linja fatali. Daqsxejn sfortunati l-Avorjani, iżda xorta jidhirli li kienu sopravvalutati qabel il-bidu tal-kampjunat. Hawnhekk il-filmat ta' l-isbaħ siltiet.

Il-grupp tal-mewt prattikament miet, u dik li kellha tkun partita klassika mimlija emozzjoni, l-Arġentina kontra l-Olanda, ovvjament se jeħduha bil-lajma, u wisq probabbli se jilagħbu għad-dro. Jekk il-Fifa fasslu l-ordni tal-partiti apposta sabiex it-timijiet il-kbar jiltaqgħu ma' xulxin fl-aħħar logħba, b'ċansijiet kbar li jispiċċa jgħaddi wieħed minnhom biss, fil-każ ta' l-ewwel tliet gruppi l-pjan tagħhom ma rnexxiex. L-Iżvezja, fit-tieni post tal-grupp B, jistgħu jinqalgħu biss jekk jitilfu kontra l-Ingliżi u t-T&T jegħlbu lill-Paragwaj. Tistennewx ħafna fowls jew logħob vjolenti l-ġimgħa d-dieħla... anzi, naħseb li se tkun opportunità biex jilagħbu s-sostituti.

Il-klassifika tal-Grupp C wara t-tieni ġurnata:



---


Messiku 0
Angola 0

Minkejja r-riżultat diżappuntanti għall-Messiku, ma tantx jidhirli li lagħbu ħażin, iżda sabu tim Angoliż aktar grintuż milli diġà kien fil-logħba kontra l-Portugiżi. Hawnhekk il-filmat. Jogħġobni wisq Rafael Márquez, plejer ieħor tal-Barça, imma l-plejer tal-partita (u hawnhekk it-tekniċi tal-Fifa jaqblu miegħi) mingħajr dubju kien il-kiper ta' l-Angola, João Ricardo. Jidher żagħżugħ, iżda għadni kemm sirt naf li fil-fatt għandu 36 sena, u matul l-aħħar staġun ma lagħab ma' l-ebda klabb.

B'dan id-dro ta' mingħajr gowls il-Grupp D isir daqsxejn aktar interessanti mill-gruppi A u C, għax jekk il-Messikani jitilfu kontra l-Portugall u l-Angola jirbħu lill-Iran, wisq probabbli jgħaddu l-Affrikani minflokhom. Se jiddipendi ħafna mill-filosofija kalċistika ta' Scolari (jew Felipão), il-kowċ tal-Portugiżi, għalkemm dan huwa magħruf bħala kowċ pragmatiku ħafna, u ladarba l-Portugall m'għandhomx bżonn rebħa, żgur li mhuwiex se jissogra, u bi dro għandu jkun kuntent. L-ispettaklu ser ikollna nfittxuh fi gruppi oħra.

Portugall 2
Iran 0

Mill-ġdid spikka plejer tal-Barcelona (qabel ma tistaqsu... le, ma nżommx magħhom, l-iżjed tim Spanjol li jogħġobni huwa d-Deportivo La Coruña, il-belt tal-mara ta' missieri, fejn għamilt sena naħdem u nistudja qabel ma mort l-università...) - Deco. Proprjament twieled u trabba l-Brażil, iżda wara ħafna snin f'Oporto għażel li jilgħab mas-selezzjoni Portugiża; u ironikament, meta żanżan il-flokk Portugiż tliet snin ilu, daħal bħala sostitut u skorja l-gowl tar-rebħa, sewwasew kontra l-Brażil. Kif rajna l-bieraħ, huwa plejer intelliġenti ħafna, matematiku, il-passi tiegħu ta' spiss ikunu inċiżivi, jagħti enerġija lit-tim kollu, u biex tgħaxxaq, meta jixxuttja minn barra l-kaxxa l-gowlkipers ibatu ħafna biex iwaqqfu jew saħansitra jmissu l-ballun. Hawnhekk il-filmat. Jekk il-Portugall jiltaqgħu ma' l-Olanda fl-aħħar 16, naħseb li Deco u Ronaldo se jkunu l-plejers li jagħmlu d-differenza.

U hawnhekk il-klassifika tal-Grupp D... kif għedt, ma nistagħġibx jekk il-Portugall u l-Messiku jilagħbu sempliċement għad-dro.



---


Repubblika Ċeka 0
Gana 2

Ħadd minn dawk li qed jieħdu sehem fil-kampjunat 1X2 ma basar dan ir-riżultat. Fl-aħħar rajna rebħa minn tim Affrikan, u tassew mistħoqqa; fil-fatt setgħu kienu erbgħa, għax il-Ganiżi fallew penalti u jekk niftakar sew kellhom gowl imħassar bi żball. Rosicky –l-attakkant magħruf bħala l-Mozart tal-futbol– deher stonat, u l-plejers Ċeki l-oħra ma tantx kienu f'sikkithom lanqas, x'aktarx minħabba x-xokk tal-gowl kmieni Affrikan. Il-filmat. Issa qiegħed nibża' li ċ-Ċeki jfittxu r-rebħa kontra l-Italja... Nedved jafhom sewwa l-plejers Taljani, u ma tkunx l-ewwel darba li l-Azzurri jinqalgħu minn xi kampjunat minħabba ċ-Ċeki... staqsu lil Trappatoni.

Fuq nota oħra: innutajtu li fuq il-blalen uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja jidhru miktubin l-ismijiet tal-pajjiżi li jkunu qegħdin jilagħbu l-partita? U innutajtu li l-ismijiet ikunu dejjem bl-Ingliż ? Ma setgħux jiktbuhom fl-ilsien uffiċjali (jew f'wieħed mill-ilsna uffiċjali) tal-pajjiż li jkun, eż. Italia, Hrvatska, inkluż f'alfabeti oħra, eż. Україна ? Jekk għażlu li jużaw lingwa waħda biss, għala kellha tkun l-Ingliż, jekk il-kampjunat qed isir il-Ġermanja?

Italja 1
Stati Uniti 1

Ħadd ma basar dan ir-riżultat lanqas. L-aktar partita drammatika (u melodrammatika) li rajt s'issa... ħadt gost naraha, imma balleċ, kienet frustranti ħafna... Ma nafx intomx se taqblu miegħi, imma jidhirli li dan ir-riżultat huwa inġustizzja kbira. Veru, il-plejers ta' l-Istati Uniti (MHUX Amerikani, sakemm ma nkunux qegħdin nirreferu għall-kontinent) tawhom logħba, Del Piero u Iaquinta setgħu lagħbu aħjar, b'dik id-daqqa ta' minkba De Rossi kien ħaqqu jitkeċċa, imma r-referì saffar offsajd wara l-ieħor, bosta drabi bi żball, inkluż meta ħassar il-gowl ta' Gattuso. Insomma, proset lil Keller, xejn xejn kien ħafna aktar attent mir-referì...

Hawnhekk il-filmat tal-Fifa, għalkemm għad irridu nsibu vidjo itwal għall-moviola. U Gilardino meta ċċelebra l-gowl tiegħu x'kien qed jagħmel? Hekk jindaqq il-vjolin?

Dan il-grupp tal-mewt issa, miftuħ għalkollox... hawnhekk il-klassifika:


Semmejt ħafna l-Barça, u l-lum hemm ċans li nerġa' nsemmihom... qiegħed nittama li Ronaldinho jsaħħarna bl-eleganza u bit-tbissima ċelebri tiegħu. Nisperaw li ma jkollux moħħu f'affarijiet oħra lil hinn mill-futbol...



P.S. Tinsewx taqraw l-artiklu ta' Sharon. (Skużani dfintlek il-bloggata, issa rajtha... u jien kont waqajt lura!) L-Imżebbel jgħid li għadu ma jifhimx kif nista' nżomm ma' żewġ pajjiżi fl-istess ħin... u intom?

Kummenti: 6

Blogger wwwitchie qal/qalet...

Jien ovvjament minn dan kollhu ma fhimtx wisq ghalkemm qrajt il-bloggata kollha allura se nikkumenta biss fuq dak li jolqot lili.

Ghaliex l-iStati Uniti u mhux l-Amerikani? Do you mean the difference between England and English team, which is of course an important distinction? Or do you mean that America does not signify the US? Because the continent is called North America :)

America is usually taken to mean the US, so much so that my Canadian friends would always correct America to North America *grin* and would deny they were "Americans".

I think it would be fair to say that the word America/n on its own is almost always imprecise but that today it is the colloquial term for the US.

I've gone on long enough, I'll write about the choice of English on the official football later (as you can see, I try to write in Maltese but then I get all lazy and lapse into English...)

18/6/06 11:49  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

I think it would be fair to say that the word America/n on its own is almost always imprecise but that today it is the colloquial term for the US.

Fair and 100% true... as long as the use is, as you say, "colloquial". Most people don't agree with me because they're happy to accept things as they are, but in my opinion, no economic or military power can justify taking the name and adjective of the entire continent... A person from Tierra del Fuego, Valparaíso, or the tundras of northern Canada is just as American as an inhabitant of the US. The use of the word "America" in exclusive reference to the US is symptomatic of the arrogance of the Anglo-central vision of the world I mentioned a few days ago. There are of course other factors which led to this per antonomasia usage, such as the fact that the country in question is in some way "devoid" of a name, plus all the late 18th century talk of "L'America" as a supposed dreamland for Europeans seeking a new life... unfortunately even the Spanish language, despite the existence of the adjective "estadounidense" (and if I recall correctly, Italian has the word "statunitense" also, but I don't think it is used much nowadays), has practically succumbed to the English use, and now differentiates between "americanos" and "latinoamericanos".

Enough for now, I'm missing the beginning of the Brazil game... another American country :)

18/6/06 18:05  
Anonymous Maria qal/qalet...

The Spanish, really? A Spanish fellow student here in Greece by "America" practically always meant Latin America alone, and more than once critisised me for using this name in the "wrong" (antonomastic?) way.

18/6/06 18:29  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

That's good to hear, Maria :) However, I fear that outside (or maybe even within) the academic world, that student will find him/herself in a minority...

18/6/06 18:40  
Anonymous Maria qal/qalet...

Ħeqq... Paolo isem eżistenti f'Malta? ;-)

Bilħaqq, din l-istorja kollha tal-partitarji u tal-bnadar fakkritni f'ħolma stramba li kelli xi żmien ilu, li fiha rajt il-bandiera Maltija mhux kif inhi, imma kienet bandiera Taljana b'bandiera Britannika żgħira fiha (bħalma fil-każ ta' dik ta' l-Awstralja)! Nibża' li dik kienet ħolma realistika wisq...

19/6/06 14:18  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Imma għalfejn għandhom nisa daqstant sbieħ il-Brażil?

19/6/06 14:23  

Itfa' kumment

<< Home