<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

19.6.06

Gruppi F - G, Ġurnata 2



Ġappun 0
Kroazja 0

L-artiklu ta' l-Orizzont: bla sugu.

Tal-Malta Minnufih: ukoll.

U fuq il-logħba nnifisha ma tantx hemm xi ngħidu lanqas. Diżappunt kbir għaż-żewġ timijiet, forsi aktar għall-Kroati wara li Srna falla l-penalti. Hawnhekk il-filmat.

Se tkun interessanti ħafna l-partita ta' bejn il-Kroazja u l-Awstralja għax se jkunu qegħdin jilagħbu għat-tieni post tal-grupp. Dro għas-Socceroos għandu jkun biżżejjed... u jekk kollox jimxi ħarir jiltaqgħu mat-Taljani fl-aħħar 16.






Brażil 2
Awstralja 0

Ronaldo, dari magħruf bħala O Fenomêno, m'għadux li kien, iżda l-bieraħ wera daqsxejn aktar maġija milli konna rajna fil-logħba kontra l-Kroazja. L-Awstraljani ma lagħbux ħazin, anzi fakkruna mill-ġdid li l-Brażiljani, altru milli mhux invinċibbli, għandhom diversi punti ta' dgħufija li skwadri oħrajn jistgħu japproffitaw minnhom. Għaddew għall-aħħar sittax, iżda ser ikollhom ikomplu jitjiebu.

Mis-sentenzi ma jieqfu qatt ta' l-artiklu tal-Malta Minnufih, slitt l-espressjonijiet li ġejjin (wara li rranġajt daqsxejn l-ortografija):

«[...] l-Awstralja taw daqs kemm qalgħu.

Hawn il-logħba nfetħet beraħ u minn korner ta' Ronaldinho kien Kaka li bir-ras stampa l-lasta ta' Schwarzer [...]

[...] Viduka bir-ras ra l-ballun jgħaddi jħakkek mal-lasta l-wieqfa

Hawnhekk il-filmat.

Il-klassifika tal-Grupp F wara t-tieni ġurnata:



---


Franza 1
Korea t'Isfel 1

Ħadt gost li l-Koreani ġabu d-dro fl-aħħar ftit minuti, għal żewġ raġunijiet: l-ewwel, għax jidhirli li t-tim Franċiż huwa mill-aktar arroganti; u t-tieni, għax issa hemm ċans li l-Korea t'Isfel jispiċċaw fit-tieni post tal-grupp u jiltaqgħu ma' Spanja fil-fażi li jmiss, nittama li b'referì differenti minn dak ta' l-2002... Barthez, miskin, il-bieraħ kellu fuqu s-saħta tad-dea bendata, u għal ftit ma ħarablux il-ballun xi żewġ minuti wara l-gowl Korean. Issa l-Franċiżi ser ikollhom jegħlbu lit-Togo mingħajr Zidane... imma naħseb li fl-aħħar jgħaddu.

Id-deskrizzjoni tal-gowl Korean fl-Orizzont:

«Cho-Jae-Jin niżżel ballun bir-ras lil PARK JI-SUNG, li mattar siequ u qabbeż minn fuq ras Fabien Barthez.»

U hawnhekk il-filmat tal-Fifa. Lit-tim Franċiż niddedika s-silta ta' Gotan Project li għadni kemm tellajt, bit-titlu Last Tango in Paris.

Issa li l-polemika bejni, bejn Arċibald u bejn l-Imżebbel naħseb li għaddiet, nixtieq nagħlaq billi nikkopja l-istqarrija tal-parrukkier ta' Rudi Völler, għax naħseb li fiha messaġġ importanti li ta' min nomogħduh sew:

“Porca troia. Meta plejer jinzel fil-grawnd, hemm biss hu, shabu u ta’ kontrieh. Jilghab biex jirbah hu, mhux biex jaghmel unur lil pajjizu jew biex jaghti pjacir lis-sapporters. X'izzobb. Dawk l-affarijiet jigu wara, meta jkun qed ikellem lill-gurnalisti, u meta kollox ikun mexa sew. U jigi fucken jitnejjek fil-culo jekk dawk li qed ixejru l-bnadar humhiex Eskimos, Zabbarin jew is-Simpsons.”

Kummenti: 1

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Sabiha l-espressjoni mattar siequ ... halliha li normalment fl-idjoma xi hadd riglu jmattar mhux siequ, anke ghax naqra difficli tmattar sieqek (foot, piede) milli riglek (leg, gamba).

21/6/06 12:38  

Itfa' kumment

<< Home