<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

27.6.06

Il Cucchiaio

Xi ftit tal-jiem ilu kont qed nitkellem ma' futbolite u certu lettis dwar il-meriti u demeriti tal-wisq ozannat Totti. Dak l-istess Totti, illi l-bierah sa l-eroj tal-penizola wara li skurja penalt(r)i li inaghta fuq foul inezistenti meta Grosso ghogbu jitmieghek gewwa l-kaxxa. L-istess Totti illi kien kawza ta' elf ghajta ta' furur fost il-bolgja supporters taljani gewwa t-Tie Break kafe' (illi jdoqq l-innu taljan ma kull gowl ta' l-azzurri) anki meta' kien ghadu fuq il-bank tar-rizervi. L-istess Totti li suppost huwa l-antidotu tal-hazen irraprezentat minn Del Piero (ibbujat u mghajjar anki fejn m'ghandu l-ebda tort).

Ghax jekk tara loghba ta' l-Italja b'sens oggettiv tinduna kemm is-support jaf ikun gakbin. Lil Del Piero ma tawhx nifs. Meta hin minnhom Gattuso ta' cross li laqqas Peter Crouch fuq spallejn Luca Toni fuq spallejn Mark Vella ma kien jilhaq, xorta kien hemm xi guda (Romanista) ghajjar lil Del Piero "incompetente" u "pippa" talli ma rabbiex par gwienah u tar. U dlonk tisma' isem Totti jissejjah bhallikieku dak li s'issa ibbrilla u xeghel kampjonat mondjali se johroghom mill-infern.

U hekk gara. Dahal Totti u hareg Del Piero fost il-gubilew tas-support. U impressjonani dan Totti. Madonna l-grawnd sar nar ta' loghob u l-loghba saret Totti vs the Rest. L-isbah kienet meta plejer Aussie laqat lil Totti bi' zbrixx u dan waqa' malart fl-isbah stil Ruman u Taljan. Wara mument tijatrin, u xhin ra' li l-foul inaghtalu, Totti qam qisu mhux hu. Imma insomma "if it's in the game, it's in the game".

Imma nergghu lura ghal-Angelo u Lettis. Jien kont indannat per ezempju kif it-taljani minghalihom li Totti ivvinta dak li jissejjah il-"cucchiaio" (l-imgharfa) - lob ta' kiesah li tispjazza gowlkeeper u tidhol helwa helwa fil-lasta. Ghalxejn tispjega li Socrates & Co kienu ga jaghmlu l-affarijiet bhal dawn meta Totti kien ghadu pupino u mhux pupone. Pero', qalli Angelo, Totti biss ghandu l-gazz (guts) jaghmilha f'loghba krucjali. Ghalxejn il-lettis hareg b'xi statistika dwar Czechozlovakia - Germania ta' xi 1960 fejn l-imgharfa kienet intuzat. Totti biss. Totti Totti Totti. Jilghabx qisu l-hmar ta' bendu jew le, il-mit li inholoq madwaru inkredibbli.

U nigu ghall-bierah. Fil-mument krucjali. Penaltri fid-94 minuta. Totti kontra Schwarzer (goalkeeper tal-Middlesborough illi qalghu lir-Roma mill-UEFA). Tahsbu li l-genju tal-Pantheon holqilna xi penaltri gdid? Hargilna b'xi gojjel? Le. Wara l-loghba qalilna li "ikkunsidra l-imgharfa, imma haseb li ahjar le". Lippi qal li beza' li se jipprova l-imgharfa. U Del Piero? Qalilna li anki hu kien kapaci jixxuttja penaltri. Mur obsor.

Fast forward ghal Svizzera - Ukrajna. Ghaddew mija u ghoxrin minuta. Skor ghadu vergni. Sheva Shevchenko tal-Milan ta' Meani jitlef l-ewwel pinaltri. Jitilfu anki l-ewwel Svizzeru. Jitla' plejer Ukrajn ghadu gej mill-Under 21. Qed jilghab ir-raba' loghba tieghu man-nazzjonal. Importanti li jiskurja - ghax ir-ritmu tal-gowls ghadu ma qabadx. Pressjoni inkredibbli. Jismu Milevskyi. Ghandu wiehed u ghoxrin sena. Jista' jaghzel... ponta ghad-dritt. Placed shot. Jista' jaghlaq ghajnejh u jitlob li tigih tajba. Imma le...

....qahbec... ma jaghmillekx il-cucchiaio?

Hawn min bil-kliem u paroli irid ibellaghlek it-Totti bl-imgharfa, u hawn min mutu mutu, kwiet kwiet qed jilghab il-loghba sabiha.

PS> Innutaw l-ispazju moghti fil-Gazzetta dello Sport lil din il-prodezza ta' kalma ta' Milevskyi. Fejn is-soltu "cucchiaio" ta' Tonto jimla ta' l-inqas zewg pagni:

Decidono i rigori. L'Ucraina inizia malissimo, con l'errore di Sheva. Ma tutto è annullato dallo sbaglio di Streller. Poi Milevskyi inventa un "cucchiaio" e porta avanti i suoi, Barnetta sbaglia, Rebrov segna, Cabanas no e Gusev manda la formazione di Blokhin ai quarti. Venerdì ad Amburgo c'è l'Italia.

Li jikkonferma li fil-futbol... iktar milli f'kull haga ohra "beauty is in the eye of the beholder".

Kummenti: 5

Blogger david qal/qalet...

che c'e frega del Cileno
noi c'avemmo Tottigol

jekk kollox imur sew, del piero ghandu mill-inqas sena jipprova l-kuccarun kontra l-Fidelis Andria u l-Juve Stabia

27/6/06 09:48  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Kif diga intqal ad nauseam (u hawn naghlqu l-brekkits dwar futbol nazzjonali) filwaqt li l-Juve jghaddu sena purifikazzjoni fis-Serie B ser inkunu ingawdu ukoll il-mizerji tal-hmieg ruman li issa ma baqghalux fejn jipponta subajh imdellek bil-ko0rruzzjoni, fideiussioni u iktar u jkollu jiffaccja r-realtà sagrosanta...

were, are and will always be LOOOOOOSERS!

inkredibbli imma bin-nejk in-nejk Del Piero xorta ghandu iktar midalji minn Totti.

27/6/06 10:32  
Blogger david qal/qalet...

Nisperaw li jkollhom medalja parigg fid-9 ta' Mejju. U li jiskurjaw it-tnejn. Del Piero gol kuccarun fid-89 minuta u Totti b'bomba minn 30 metru fit-93 minuta li lanqas ixommu Nelson Dida tal-ferq stylish.

27/6/06 11:57  
Blogger david qal/qalet...

9 ta' Lulju

27/6/06 11:59  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

x'ahlew kemm hu romantiku darvid. Irid l'Italja jirbhu t-tazza tad-dinja f'Jum L'Awropa!

imma l-ewwel hemm l-Argentina. U biex ikun hemm nelson dida fil-final il-brasil iridu jaqtghu in-nejk u jilghabu ta vera. Ghax jien minix ottimist daqs is-soltu.

27/6/06 12:24  

Itfa' kumment

<< Home