<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

18.6.06

Il-vjolin stunat


Italja - 1 : Stati Uniti - 1
17 ta' Gunju 2006

X'hin bdiet il-loghba ma kontx naf ma' min ser inzomm.

L-Amerikuuuni? Rajt it-tribuna amerikana - barbie girls (wahda!), amerikani hoxnin ma jafux jilbsu u, b'mod stramb, kien hemm mumenti fejn il-kamera wriet xi hipsters fit-tribuna minn dawk li tiltaqa' maghhom f'Portland jew Providence, imma mhux cool bizzejjed biex tarahom f'Williamsburg (NY).

Wara l-ewwel gowl Taljan u l-mossa antipatka ta' Gilardino (intefa' jigri u attaparsi daqq il-vjolin b'pretensjoni denja ta' vjolinist tas-seklu 18) kont naf ma' min ser inzomm. U kif! Bdejt inzomm ma' l-Amerikani, ghax kif dejjem nghid il-vera valur tal-futbol, almenu ghalija, hu x-schadenfreude. Sabih wisq tara t-tim tieghek jirbah imma forsi xi minn daqqiet isbah tara "l-ohrajn" jitilfu meta jkunu daqshekk pretensjuzi. Fuq La Deux gibdu stampi tal-pjazez centrali ta' La Louvière u Charleroi ippakkjati tifosi taljani kollha lesti biex jiffesteggjaw vittorja taljana (jew biex nikkwota taljan minnhom 'nu somm prée pur fèr la fett'). Hasra li ma stajtx nara l-loghba fuq ir-RAI...

Nies bhal Gattuso kienu eleganti, ghad-differenza ta' nies bhal De Rossi li wara li ddecieda li jisfaxxa wicc McBride, kellu l-wicc tost joqghod igerger mar-referee, li forsi vera kien rett izzejjed, imma ma kinitx tixraqlu x-xita ta' protesti u kliem hazin li De Rossi rajthu jlissen. Anke xi plejers amerikani ma tantx kienu sportsmanlike.

Ix-schadenfreude dahlet fl-ewwel gowl Amerikan - li kien awtogowl Taljan. Il-pjacir li tara lil Zaccardo jitbissem tbissima mhassba u kemmxejn dizappuntata wara li hu skorja l-ewwel gowl ghall-Amerikani kien pjacir pervers u sabih.

Biex nifteihmu l-Amerikani kellhom gesti stupidi wkoll. Il-fulkru ta' dawn il-gesti huma meta tkecca Mastroeni. Mastroeni beda bir-rutina ta' innocenza tieghu 'jien? jien l-anqas kont hawn meta wegga'! Kont Brooklyn nghin fil-hanut tal-laham ta' missieri... kont qed naqta' bicca perzut fil-fatt...' u l-kowc imbaccac Amerikan ghamel il-hand waving/air slapping tipika ta' zaghzagh amerikani li jaghmlu gesti bhal 'speak to the hand' u 'uh-uh'. Meta tkecca Eddie Pope evita li jaghmel hafna mossi bhal ta' Chris Rock. Chapeau. Imma insomma, il-gesti ta' l-Amerikani kienu semplicement stupidi bhala gesti mhux gesti ta' xi hadd jixrobha bhal ta' Gilardino.

Ma jiddispjacinix mill-ghazla li ghamilt... l-unika dizappunt kien dak il-gowl Amerikan li gie mhassar li, skond jien, kien validu u kellu jizdied mal-golws. Keller man of the match? U zgur!

Din il-loghba surreali kienet l-ewwel loghba f'din il-kompetizzjoni ghat-tazza tad-dinja li dhalt ghalija b'ruhi u b'gismi u kienet loghba b'hafna tensjoni. Kif qal xi hadd fuq is-sit ufficjali tal-FIFA wara l-loghba - the U.S. should win the E group for "E"ffort.

Jien u anita spiccajna l-birra taghna kuntenti li rajna loghba daqshekk stramba u ardita. Loghba bhal din li tikkumpensa ghall-fatt li ghall-ewwel darba f'bosta tazez tad-dinja x-xjaten homor ma' kkwalifikawx din id-darba. U jekk irridu vera ingebbduha nistghu nghidu li l-vittorja Amerikana kienet wahda Belgjana ukoll (Oguchi Onyewu jilghab ma' l-iStandard Liège - hasra li kien pjuttost inutili waqt il-loghba). Imma nahseb veru inkunu qed ingebbduha zzejjed imbaghad...


Links:
FIFA World Cup Match Detail
The Guardian: minute-by-minute

Kummenti: 4

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Ma jiddispjacinix mill-ghazla li ghamilt... l-unika dizappunt kien dak il-gowl Amerikan li gie mhassar li, skond jien, kien validu u kellu jizdied mal-golws.


Li kieku ma kienx hemm sieħbu l-ieħor f'pożizzjoni ċarissima ta' offside jostakola l-vista ta' Buffon, iva kien ikun validu. Imma dan ma kienx il-każ.

18/6/06 14:42  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Prosit Bex :) Jien għandi simpatija kbira lejn it-Taljani fil-futbol, imma naqbel miegħek, xi kultant ikunu wisq pretenzjużi, tant illi xi drabi jkolli t-tentazzjoni nsejħilhom AC Supercafoni... madankollu, imbagħad meta ma jirbħux naf nirrabja!

18/6/06 17:53  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Rod, niddubita kemm kien qiegħed jgħattilu l-viżta.

18/6/06 23:34  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

Jiena mir-ripetizzjoni ta' l-azzjoni rajt lill-attakkant quddiem Buffon, daqs erba' passi 'l bogħod.

20/6/06 11:34  

Itfa' kumment

<< Home