<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

15.6.06

Isa... forsi xi darba nagħmlu xi ħaġa

Tobago qisha Għawdex. In-nies ta’ Tobago, milli għarfuli xi ħbieb minn hemm, mimlijin bil-propjeta’ li jikru w jisolħu lin-nies ta’ Trinidad meta jmorru għall-btala fis-sajf. Il-gżira ż-żgħira meta mqabbla mal-Malta tagħha, li hija Trinidad, din hija iktar kwieta u l-ħajja timxi iktar bil-mod. U n-nies iseksku fuq dak u fuq l-ieħor, u jkunu jafu li tfajla nqabdet tqila mill-boyfriend qabel ma ssir taf hi stess. U tarġa Tobago aħjar minn Għawdex, għax għandha l-ajruport tagħha, jiġifieri niesa huma inqas dipendenti fejn jidħol trasport.

Trinidad minn naħa l-oħra, nistħajjilha Malta. Bajjiet kemm trid, poplu sa ċertu punt razzist, u gżira li nimmaġina li ttik ammont regolari ta’ klawstrofobija jekk tkun tgħix fiha. U minnflok il-Marsa tal-Ingliżi hemm il-Port of Spain, u l-indipendenza mill-Ingliżi ħaduha sentejn qabilna. U l-Prim Ministru wiċċu tost biżżejjed li jaħtar lill-mara tiegħu bħala Ministru ta’ l-Edukazzjoni.

Xi rrid ngħid b’dan kollu? Trinidad u Tobago, li għalkemm ftit ikbar ġeografikament, tista’ faċilment tqabbilhom ma’ Malta u Għawdex. U dawn waslu sal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja u sa joħorġu minnu, għalkemm b’ċans kbir li ma jgħaddux għat-tieni round, mingħajr mistħija.

Għala Malta qatt tagħmel xejn?

Kummenti: 7

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Jien ukoll qabbilt T&T ma' M&Għ, u xtaqt li bħala eks-kolonja jżommu dro jew saħansitra jirbħu lill-Ingliżi... imma kif bsart, tqarraqt. Aktar fuq hekk għada...

15/6/06 23:08  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Il-lejla naħseb li nstemgħu aktar murtali l-Qrendi u l-Imqabba milli fl-Ingilterra kollha... x'mistħija

15/6/06 23:10  
Blogger Arcibald qal/qalet...

lol xtaqt nikteb xi haga fuq l-entuzjazmu eccessiv tal-Maltin meta jifrah b'rix haddiehor imma qas irrid inwaqqa' 'down' lil min hu akkanit :)

Nistenna l-bloggata tieghek dwar T&T :)

15/6/06 23:38  
Anonymous Maria qal/qalet...

Interessanti ħafna din! Ikolli nammetti li ma kont naf xejn dwar T&T ;-(. U dażgur li nistenna bil-ħerqa l-bloggata ta' Twanny anki jien :)

16/6/06 07:15  
Blogger david qal/qalet...

Nigredo - l-ewwel pass ghandu jkun li nimlew il-First u s-Second Divisions Inglizi u Skoccizi bil-plejers Maltin.

16/6/06 09:26  
Blogger wwwitchie qal/qalet...

ara veru interessanti twan... post-conversation u post-column writing on wednesday tqum din!!! mela ghal min ma jafx, ghax nahseb twanny biss jaf, jien ktibt bicca fuq il-World Cup, in-nazzjon u schadenfreude ghal nhar is-Sibt... u issa donnha qed tqum hawn, l-istess dibattitu li xtaqt nibda jien!!! Komplu, komplu :) issa nhar is-Sibt meta tidher, nillinkja ghaliha hawn forsi jkollkhom xi feedback.

16/6/06 09:41  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Taħseb li jekk min kien maħkum jerbaħ partita futbol lil ex-ħakkiema tiegħu se jsewwi l-ħsara li saritlu? Ma naħsibx.

Din tal-kolonji u mhux kolonji għad irrid nikteb fuqha, avolja rrid noqgħod attent. Ma rridx wisq biex xi ħadd jiġi jgħidli li jien xi 'Razzist Kalċistiku Pan-Ewropew' għax bħala regola nisimpatizza l-iżjed mat-timijiet mill-Ewropa. Ma nafx intom, imma jiena smajthom dawn il-ħwejjeġ.

Ċerti nies jgħaġġbuni bil-konklużjonijiet li jaslu għalihom meta jisimgħu lil xi ħadd jartikula l-preferenzi personali tiegħu, anke jekk tinzerta tkun xi ħaġa purament apolitka.

Jien naħseb li dan it-taħwid ta' kunċetti politiċi mal-futbol ma għandniex xi rriduh. Jew forsi rrid bil-fors inżomm ma' l-Angola biex nipprova li jien tassew Soċjalist? :)

16/6/06 10:53  

Itfa' kumment

<< Home