<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

27.6.06

Kangaroo

Milli nista' nara, sakemm irkuprajt ilħaqtu għidtu kollox dwar il-partitona (tutto tranne...) tat-Taljani. Inutli nintilef fil-kronaka, għax kulħadd diġa' qal tiegħu. Ngħidilkom biss li l-esperjenza kienet waħda minn dawk li ma tinsa qatt (u anke hawn, xejn li ma stennejtux li ser tisimgħu).

Li laqatni kien in-numru kbir ta' Awstraljani li kienu l-grawnd. Żgur aktar milli Taljani. U aktar minn hekk, l-ispirtu li bih iħarsu lejn l-isport (ħaġa li innutajtha f'ħajja oħra fil-Yankees). Temmnu li wara l-logħba komplew b'party fit-toroq akbar minn dak li kienu diġa' għamlu qabel ma beda l-uġigħ ta' żaqq f'Kaiserslautern? Jista' jkun il-birra, imma jista' jkun ukoll l-isport veru, jew kif suppost ikun, u li aħna ma nafux x'iġifieri minħabba l-krib tar-rai, il-kospirazzjonijiet tal-gazzetta, is-suspetti ta' l-equipe eċċ. eċċ.

Re il-cucchiaio, frankament kont niġi nitnejjek kif itih, basta jagħmlu. Għaddewli wisq ħsibijiet minn moħħi f'dawk is-sekondi ta' l-aħħar....aħseb u ara hu. Attwalment dibatittu sħiħ fuq mgħarfa jew furketta huwa possibbli għax darba fettillu jtina l-pjaċir li jagħmilha. Min jagħmilha bħalu ħaqqu prosit daqsu. L-aqwa li jgawdi s-sapporter...bħali.

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home