<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

11.6.06

Kanzunetti għall-Werld Kapp

Meta kont qed inħejji l-poddata mis-sensiela ta' Mużika Mod Ieħor għal din il-ġimgħa, ħsibt li jkun xieraq indoqq xi ħaga li b'xi mod torbot mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja. Min jafni jaf li jiena ma tantx jien dilettant tal-futbol u allura avveniment bħal dan li jiġi darba kull erba' snin, għalkemm insegwih ferm aktar mill-kumplament tal-logħob bil-ballun, xorta nfittex elementi mużikali jew spettakolari fih.

Insomma, li ridt ngħid huwa li mir-repertorju relattivament vast ta' kanzunetti minn Malta m'irnexxieli nsib xejn (s'issa) li jorbot direttament mal-Werld Kapp. L-eqreb li ġejt kien permezz ta' kanzunetta mill-grupp Beangrowers bl-isem ta' Maradona, li oriġinarjament dehret fl-album tagħhom tal-1999 48K.

Maradona tal-Beangrowers m'għandha x'taqsam xejn mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja, imma tal-anqas isem dan il-plejer tant magħruf żgur li huwa sinonimu ma' dan il-kampjonat, anke jekk id-diska m'għandha x'taqsam xejn mas-suġġett...sa fejn nista' nifhem jien.

Jekk xi ħadd jaf b'xi kanzunetti jew għanjiet Maltin li b'xi mod jorbtu mal-logħob tat-Tazza tad-Dinja nieħu pjacir ferm jekk tgħiduli bihom. Tistghu jew tikkuntattjawni direttament inkella tħallu kumment ma' din il-bloggata. Min jaf, forsi matul il-kampjonat jirnexxieli ngħaqqad biżżejjed siltiet biex niddedika poddata sħiħa lil dan is-suġġett.

Kummenti: 2

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

BULI!

Toni, fakkartni li hemm kanzunetta tal-Bamboċċu u Renald Abela jismu "il-World Cup", ara l-link (numru 61):

http://www.marz-kreations.com/Nostalgia/MalteseSongs/MalteseSongs.html

Jekk tkun imqabbad il-lejla wara l-logħba ta' l-Angola nitkellmu, nixtieq intella' s-silta tal-Beangrowers fis-sezzjoni Awdjo, ħa jisimgħuha l-qarrejja tal-blogg :) [għalkemm jidhirli li taħdem biss għal min juża l-Internet Explorer... jew hemm xi soluzzjoni/kodiċi oħra?]

11/6/06 20:45  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Benny u Tonia - Forza Malta

E stenn, ma kkwalifikajniex fit-Tazza tad-Dinja aħna...

11/6/06 22:40  

Itfa' kumment

<< Home