<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

27.6.06

Kont qed nerġa' nitgħallem naqbeż, u mbagħad kien hemm dak il-penalti

Kont erġajt bdejt nitgħallem naqbeż bil-ferħ, fil-kumpanija tat-tifosi Maltin kollegi tiegħi hawnhekk fil-Lussemburgu. Ġimgħa ilu intfajna t-Tie Break u rajna t-Taljani jirbħu maċ-Ċeki, u f'dik is-siegħa u nofs, qalb gaj partitarji akkaniti, li jafu l-ismijiet tal-plejers u jafu x'għandu jagħmel Lippi - u jien nistaqsi, bħaċ-ċuċ, "U Del Piero għalfejn ma jilagħbuhx?" - dfint darba għal dejjem kull pretensjoni li kelli li nżomm maċ-Ċeki tal-passat qarib tiegħi, u erġajt bdejt niskopri l-passato remoto, meta jien ukoll kont naf inkun partitarju akkanit ta' l-azzuri. U għalhekk, ma' l-ewwel gowl arawni naqbeż mis-siġġu bħall-oħrajn. Wara għamilt xi kalkoli... kont ili ma nagħmel xi ħaġa simili mill-inqas 12-il sena, mill-werld kapp tan-94... jekk mhux qabel...

U għalhekk, il-bieraħ erġajt intfajt it-Tie Break mat-tifosi Maltin Lussemburgiżi...

...iżda did-darba ma wasalx iċ-ċans li naqbeż ma' l-oħrajn. M'inix tifoso minn dawk li jinsew kollox u jintilfu jwerżqu, ANKE meta kien ċar li ma kienx penalti... u jibdew ifittxu skużi (ma kellux jitkeċċa Materazzi lanqas jew u x'għamlulna erba' snin ilu? kien ħaqqna daqsxejn fortuna) biex il-kuxjenza tiskot u ċ-ċelebrazzjonijiet jissuktaw kif suppost... iżda dawn huma biss skużi... il-penalti ma kienx, u nħossni misruq, għax meta mort it-Tie Break il-bieraħ mort hemm bl-intenzjoni li nieħu pjaċir inħossni parti minn grupp nies kollha bl-istess idea f'moħħhom, xi ħaġa li ili ħafna ma nħoss...

Photobucket - Video and Image Hosting


Lil dak li qarraq lir-referi u ġab il-penalti għat-Taljani ngħidlu: "Ħxejtli nofs ta' nhar! Waqqajtni down! Fottejtli kull sens ta' komunita! Grazie stronzo! Grazzi ewropew imfissed! Imma xorta magħkom ħa nżomm kontra l-Ukrajna. Ara jiena vera kont misħut meta saħħartuli qalbi..."

Iffirmat,

Partitarjupartitarja

Kummenti: 2

Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

M'intix waħdek xbin. Avolja jien wieħed li ilu jissapportja t-Taljani sa minn ġuf ommu, inħossni diżappuntat bl-iskwadra Taljana. U fuq kollox, il-penalti ma kienx u min jgħid li kien veru għama.

27/6/06 16:51  
Blogger Erezija qal/qalet...

kuntent li m'inix wahdi :)

27/6/06 20:46  

Itfa' kumment

<< Home