<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

28.6.06

L-i"Stepover"

Gewwa Ruma ghadhom jilludu ruhhom li l-imgharfa mossa ta' Tonto Totti. kull plejer ghandu mossa tieghu. Ronaldo ihobb wisq jaghmel zifna fuq il-ballun hu u jigri lejn l-avversarju jew lejn il-lasta. Li l-mossa ma hix wahda hafifa rajna l-bierah, ghax x'hin dak li maghruf bhala l-Imperatore ipprova jemula lill-Fenomeno u waqa' wahda ghan-nejk kif ukoll garrab karta safra tas-simulazzjoni. Pero' li l-mossa ma originatx ma Ronaldo mhux kullhadd jaf.

Garrincha (ara ritratt) li rebah it-tazza tad-Dinja darbtejn ('62 & '58) kien jittormenta d-difensuri billi jaqleb kontinwament sieq u ohra fuq il-ballun waqt li kien jibqa' wieqaf. Kien ihalli l-oppozizzjoni imbellha, u kif jarahom hekk, ipnotizzati, il-Braziljan kien jispara minn hdejhm bhal vapur ta' l-art. Edson Arantes do Nascimento, jew ahjar Pele, ghamel il-mossa maghrufa bhala l-istepover biex hawwad il-gowler Urugwajan Ladislao Mazurkiewicz filt-Tazza tad-Dinja tas-70 izda wara li qabzu tefa' l-ballun barra. Denilson, plejer li laghab hafna Spanja u deher fil-Brazil tat-98 kien ukoll ihobb hafna jaghmel l-istepover.


U dwar Angelo u l-fatt li gie jitnejjek kif ta' l-penalty Totti. Nimmagina li hekk hu. Bhala tifoso ma tkunx tridu jiehu xi riskju. U nimmagina ukoll li bhala tifoso Angelo jitnejjek li l-penalty fuq Grosso kien inezistenti. L-importanti r-rizultat. Ghalhekk ninkwieta meta nara l-Brasil jilghabu bhall-bierah. Inaghlqu biex jghajjew il-Ghana. Hafna kontrattakk. Qisna l-Chievo Verona. Imbaghad jigi Parreira u jghidlek l-importanti r-rizultat. Allura might as well inzomm mal-Fantazzurri jew mal-Lions who thrash Ecuador!

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home