<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

26.6.06

Ma che sollievo...



Mat-Taljani dejjem tbati. Fil-mitiku kampjunat ta' l-94, kważi kull meta kien jidher li l-logħba kienet se tmur għall-ħin barrani jew saħansitra għall-penaltis, f'daqqa waħda kien ifiġġ Roberto Baggio qisu minn imkien biex jiskorja l-gowl deċiżiv li jsalva lit-Taljani. Bis-saħħa ta' Baggio, dik is-sena waslu sal-final, u kif żgur tiftakru lkoll, l-eroj inbidel f'żbandut fi frazzjoni ta' sekonda - il-ħin li wieħed jieħu biex jiskorja jew ifalli penalti.

U l-lum mill-ġdid, minkejja li l-aktar bniedem li influwenza l-andament tal-logħba reġa' kien ir-referì -għax ma naħsibx li Materazzi kellu jitkeċċa, u għadni m'iniex ċert jekk it-Taljani tassew kienx ħaqqhom penalti-, frazzjoni ta' sekonda kulma kien jeħtieġ. Wara xi 45 minuta ninkwieta, naqta' qalbi, nibża', nagħmel in-nervi, ngħajjat waħdi għax deherli li l-plejers Taljani kienu qegħdin jilagħbu bla qalb waqt li ċerti membri tal-każin għoġobhom jiftakru f'demm u f'qrabat ir-referì (li kumbinazzjoni, kien Spanjol), sponta Totti u xeħet il-ballun fix-xibka mingħajr ma tniffes.

X'tbatija sa dak il-waqt! Għall-erwieħ!!

Kummenti: 2

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Daqsna ħarrajja intom! :P

26/6/06 20:53  
Anonymous Maria qal/qalet...

"Jiftakru f'demm u f'qrabat" xi jfisser?? :(

27/6/06 09:04  

Itfa' kumment

<< Home