<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

15.6.06

Man/Woman of the Match


Spanja - Ukrajna : 4-0
Tunezija - Gharabja Sawdita: 2-2
Germanja - Polonja: 1-0

Dik li fil Bel Paese jsejhula Botta di Culo. Xi whud jghidu li hi stamina, jew perseveranza; imma Botta di Culo tinstema' isbah.

Zewg partiti salvati in extremis u ohra fejn in-nuqqas estrem ta' dan il-fenomenu spicca biex ghamlu protagonista. Oleksandr Shovkovskyi, il-gowlkijper ta' l-Ukrjana, apparti l-ahhar gowl, kellu x-xorti hazina li jmiss il-blalen kollha li dahlu minghajr ma rnexxilu jwaqqaf l-ebda wiehed minnhom. Sorsi infurmawna li dan il-plejer ghandu antenati Interisti u ghalhekk kellu jitghabba bis-sahta tal-Close-But-Not-Quite-Enough.

It-Tunezija gabu d-dro` fil-hin mizjud, filwaqt li t-Tedeski serqu rebha fl-istess sitwazzjoni. Iz-zewg loghbiet kienu missielta u l-iskor seta' mar ijderwej. Imma rimedji effikaci kontra l-Botta di Culo ma tantx ser issib.

Nominazzjonijiet ghall-Biggest Butt on the Pitch jinkludu lil Roque Junior, talli kien jigi kkonvokat man-nazzjonal; it-tim tas-South Korea fil-Werld Kapp li ghaddiet; Gus Hiddink; u Rudi Voeller li jghidu li l-mustacci sahansitra jikbrulu f'dik il-parti ta' gismu li joqghod bil-qeghda fuqha.

Kummenti: 2

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Sħabi ta' Madrid jgħidu la flor en el culo... il-warda fis-sorm :)

15/6/06 14:15  
Blogger nigredo qal/qalet...

hmmm... interessanti...

fil-film underground ta' kusturica hemm xena fejn wiehed mill-protagonisti jaghmel ezattament hekk, ipoggi fjura f'sorm mara, u qatt ma fhimtha...

ta' min jerga' jaraha minn taht din il-lenti...

15/6/06 15:10  

Itfa' kumment

<< Home