<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

19.6.06

Man/Woman of the Match


Franza - Korea t'Isfel : 1-1

Park Ji Sung. Thallux dak il-wicc angeliku ta' tifel imrobbi fuq l-episodji ta' Megaloman iqarraq bikom. Park Ji Sung wera li fejn jidhol il-futbol, huwa jaf ikopri l-istess rwol ta' taxi lokali: jisponta minn imkien, jghaddi qisu sajjetta u jgaghlek tidghi xkora dagha. F'dan il-kaz, id-dagha huwa bil-Franciz ghax minhabba t-tifel tal-wicc angeliku li trabba fuq l-episodji ta' Megaloman, il-Bleus tfottitilhom il-festa ta' l-ewwel rebha (u l-ewwel gol) mill-Finali tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998. Il-guvnott Korean skurja gowl minn dawk l-antipatki, li tarhom ghaddejjin vera bil-mod minn quddiem ghajnejk u tibqa' ssegwihom b'harstek sakemm il-ballun jidhol fix-xibka.

Sadanittant, Park Ji Sung qed jigi nnominat ghall-Killer of Giants Award, flimkien ma' Mighty Mouse, it-topu erojku; Ronaldo, li qatel lill-Brazil; il-mowbajl ta' Moggi; u Rudi Voeller, li ghajdut jghidilna kif fi zmienu mar-Roma, kien jaghti l-privat lil Daniele DeRossi fuq l-elbow tackles minghajr ma' jaqa' fl-offside.

Kummenti: 1

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Il-mowbajl ta' Moggi!! Kemm qed nidħak!!

19/6/06 17:02  

Itfa' kumment

<< Home