<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

20.6.06

Man/Woman of the Match


Spanja - Tunezija: 3-1

Ali Boumnijel. Il-gowlkijper tat-Tunezija il-bierah kien certament protagonista fil-loghba kontra Spanja. Avolja taqqbuh tlett darbiet, il-gowls waslu kollha fl-ahhar meta kien car li l-bqija tad-difiza kienet abbandunatu minhabba ghejja tremenda. U minhabba s-sostituzzjonijiet azzekkati minn naha Latina. Izda matul il-loghba ghamel zewg saves ta' veru, b'idejh jidhru li jwasslu ghal kullimkien. Fir-ritratt ta' fuq naraw idu ngwantata waqt harga azzardata li ghamel ghal hdejn il-bandiera tal-korner; bl-id l-ohra kien qed jixtri hot dog minn Berlin. U meta ghaqqad idejh ponn, ghatta l-lasta kollha. Izzeggeg Senor Fabregas mhux tiskurjalu minn hemm! Infatti gewwa t-Tunezija jafuh aktar bhala Il-Ponn go Halqek, li bl-Ingliz tigi The Fists of the Hulk. Titqarrqux, l-ahdar li kellu ma' gismu ma kienx il-flokk imma sidru mikxuf.

Ali Boumnijel ghandu l-unur li jigi nnominat ghall-Hand & Foot Ball Award, flimkien ma' Diego Armando Maradona ghall-Werld Kapp ta' l-'86, Alessandro Nesta ghall-Werld Kapp ta' l-'06, u t-tim tan-nisa Taljan tal-volleyball, ghax forsi jaqraw din u jibghatuli n-numri tal-mowbajls taghhom. Rudi Voeller ma kellu l-ebda nominazzjoni f'din il-kategorija.

Kummenti: 2

Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Rudi Voeller ma kellu l-ebda nominazzjoni f'din il-kategorija.

X'kien!? :)

Imsomma, xorta semmejtu! :)

20/6/06 14:03  
Blogger nigredo qal/qalet...

hehe... qbadtu l-fil ;P

20/6/06 14:09  

Itfa' kumment

<< Home