<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

21.6.06

Man/Woman of the Match


Ingilterra - Zvezja : 2-2

Posh David Beckham. Apparti s-slaleb (crosses) favoluzi tieghu, David Spice, ghandu d-don li wara disghin minuta jitqabad fil-grawnd, l-istil ta' xagharu jibqa' tali kwali bhal meta jkun ghadu diehel frisk fil-grawnd. M'hemmx klima li tista' ghalih; ma tezistix tekkil li tqanfdu; ghadu ma twelidx id-difensur li kapaci jitturufnalu t-troffa. Fir-ritratt, mehud waqt il-loghba tal-bierah, Spice Boy jidher jikkonsla lil siehbu Wayne Rooney, wara li Sven Goran Eriksson iddecieda li jibdlu. Kuntrarjament ta' kif haseb kulhadd, Rooney ma kienx indannat minhabba t-tibdila imma minhabba l-fatt li l-appuntament li kellu mal-parukkier tal-Beckhams (l-istess wiehed li juza Rudi Voeller), thassar fl-ahhar minuta. Apparentement kien hemm double booking; fl-istess hin kien hemm Roberto Carlos ghal trim hafifa u naqa' kulur.

Madankollu, David Beckham gien nnominat ghall-Most Persistent HairDo Award, flimkien ma' Xavier Zanetti, li xejn ma jgerfixlu l-ferq; Zinedine Zidane, li l-bald patch tieghu tippersisti tikber b'mod regolari; u Rudi Voeller, li, jghidu, waqt it-tsunami ta' l-Indonesja, hu kien jinsab hemm ghall-btala, u kienu propju l-mustacci tieghu li salvaw lilu u zewg familji nativi t'hemm milli jgherqu taht il-mewga enormi.

Kummenti: 2

Blogger Erezija qal/qalet...

slaleb? hehe tajba...

21/6/06 09:16  
Blogger Hsejjes qal/qalet...

Meta Maltagirl taghmel il Karnival tal-Blogejja, jien ser ninnomina din il posta....ghadni ma waqaftx nidhaq!!

22/6/06 12:01  

Itfa' kumment

<< Home