<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

22.6.06

Man/Woman of the Match


Kosta ta' L-Avorju - Serbja u Montenegro : 3-2

Marco Rodriguez. Dan ir-referi` Messikan il-bierah beda jxejjer karti sofor u homor 'l hemm u 'l hawn bl-addocc, tant li f'xi drabi kont tisthajjel li fil-grawnd se tidhol il-vara ta' Santa Marija ta' Guadalupe, bil-banda quddiema. Mhux li ma kellux ghalfejn. Ghalkemm il-loghba ma kienitx ix-xmara ta' demm li kienet Italja - Stati Uniti, iz-zewg timijiet tal-bierah xorta wahada ssieltu ghat-tliet punti. L-Afrikani riedu 3 punti biex itaffu d-dulur li nqalghu avolja laghbu zewg loghbiet kbar; u s-Serbi u Montenegri riedu jigbru giehhom wara l-mesha li qalghu ma' l-Argentina.

Marco Rodriguez qed jigi nnominat mill-gurnalisti taghna ghall-Most Colourful Presence on the Pitch, flimkien mal-gear li kien jilbes Jorge Campos fi zmienu; l-insulti Taljani lejn ir-referi` Moreno fil-Werld Kapp li ghaddiet; u l-amorin ta' Rudi Voeller, li apparentement, jaf jghid Bundesliga b'sittax-il lingwa differenti.

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home