<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

8.6.06

Merħba

Amerikani, Latini u mhux, minn naħa u oħra tal-Kanal ta' Panamá. Karibej u Awstraljani. Ewropej, lil hawn u lil hinn minn dik li kienet il-Purtiera tal-Ħadid. Ażjatiċi. Affrikani, Għarab jew ta' taħt is-Saħara. Għalhekk dan il-kampjunat huwa magħruf bħala t-Tazza tad-Dinja: il-Logħba Sabiħa tal-futbol tintlagħab tista' tgħid kullimkien. Hooligans u razzisti apparti, il-futbol jgħaqqad lin-nies. Narawh, nieħdu pjaċir, u nifirħu jew nitnikktu għalenija.

Din is-sena, aktar minn qatt qabel, it-Tazza tad-Dinja se tingħex fuq l-internet. U se tingħex ukoll fuq il-bloggosfera Maltija. Dan huwa spazju fejn inkunu nistgħu naqsmu l-fehmiet u l-impressjoniet tagħna fuq il-kampjunat. Mhux xi eżerċizzju ta' ġurnaliżmu sportiv, tista' tkun soġġettiv kemm trid. Opinjonijiet, aneddoti, analiżi ħafif. Se nagħmlu wkoll kampjunat TotoDinja 1-X-2. Kulħadd mistieden. Bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż... l-uniku lsien uffiċjali huwa l-kordjalità, u l-imħabba lejn il-futbol internazzjonali, din il-logħba li permezz tagħha niċċelebraw il-ġmiel tad-diversità.

Baqa' biss ġurnata. Hemm min qed jgħodd is-sigħat. Hemm min hu eċċitat u ma jiflaħx jistenna. Hemm min qed jibla' kull klixè u kull imbierek riklam bil-paċenzja ta' Ġobb. Hemm min qed janalizza t-tims biex jobsor min se jirbaħ. Iżżomm ma' min iżżomm, jiġri x'jiġri... nisperaw li r-rebbieħa tkun is-sbuħija tal-futbol.

Kummenti: 3

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Xbin, aħna ngħidu Tazza tad-Dinja u mhux "Werld Kapp" ;)

9/6/06 17:34  
Anonymous Anonymous qal/qalet...

Naqbel.... din li niktbu kollox kif jinhass qed inqazzuha issa.... jekk il-kelma hi "garaxx" ma nsibx oggezzjoni, imma mhux meta ghandna kelma bil-Malti....

18/6/06 21:07  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

F'bloggata oħra fuq dan l-istess blogg spjegajt il-għala għażilt werld-kapp bħala indirizz. Jekk m'intomx preġudikati, fittxuha intom stess.

18/6/06 22:02  

Itfa' kumment

<< Home