<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

9.6.06

Nibdew!


Il-ħin ta' l-ewwel kick-off qed joqrob ġmielu. Iċ-ċeremonja tal-ftuħ bdiet diġà. Ħa nħaffef għax qed nitlifha. M'għandix televiżjoni d-dar, jiġifieri li fil-ġimgħat li ġejjin se nkun qed inqatta' ħafna żmien hawnhekk. Futbol, Kinnie u Twistees... xi trid aktar?

Logħba #1: Ġermanja vs Kosta Rika, 18:00, Munich, Grupp A

Għall-ewwel darba mill-1970 'l hawn, il-pajjiż organizzatur għandu l-unur li jiftaħ il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja billi jilgħab l-ewwel logħba minflok il-kampjuni. Fl-Allianz Arena, stadju spettakolari, quddiem 65,000 spettatur, il-Ġermanja jilqgħu lill-Kosta Rika. Kumbinazzjoni, l-attakkant Miroslav Klose l-lum jagħlaq 28 sena. Wisq probabbli li l-Mannschaft jiċċelebraw l-okkażjoni b'rebħa komda, għalkemm ta' min ma jafdawx ħafna lil Paulo Wanchope, ex-plejer ta' tliet klabbs tal-Premiership Ingliż kif ukoll tal-Málaga, li f'67 logħba internazzjonali diġà skorja 43 gowl. Ħa naraw ukoll jekk kinitx għaqlija d-deċiżjoni ta' Klinsmann li Lehmann jiddefendi l-lasti minflok il-leġġendarju Oliver Kahn. Fil-final taċ-Champions League il-Ġermaniżi ma tantx kellhom awgurju tajjeb. Jonqos ukoll il-kaptan Michael Ballack.

Logħba #2: Polonja vs Ekwador, 21:00, Gelsenkirchen, Grupp A

Żewġ timijiet li se jippruvaw ipattu għall-kampanji diżappuntanti li kellhom erba' snin ilu fil-Lvant Imbiegħed. F'Novembru li għadda, il-Polonja rebħu lill-Ewkador bl-iskor ta' 3-0 f'partita ta' ħbiberija. Iżda l-Ekwatorjani ħaqqhom rispett: fil-fażi tal-kwalifikazzjoni spiċċaw it-tielet fil-klassifika wara l-Brażil u l-Arġentina. Jekk il-Ġermanja jirbħu kontra l-Kosta Rika, il-Polonja u l-Ekwador se jkollhom ħafna pressjoni biex jevitaw telfa jew saħansitra dro. Nisperaw li din il-logħba ma tkunx waħda minn dawk li jispiċċaw xejn b'xejn.

Ħa naħrab għax l-ewwel partita għadha kemm bdiet!

Tinsewx tħallu t-tbassiriet tagħkom (1-X-2) fil-kummenti tal-bloggata ta' qabel din.

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home