<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

18.6.06

Partitarju partitarja, jew kif rega' sab postu fit-tim Erezija

Bħall-iblah mort waħdi sat-Tube (bar go Lussemburgu) biex insegwi l-logħba tac-Ċeki mal-Gana. Warajja fit-triq ħallejt il-ħornijiet u l-għajjat tal-partitarji Portugiżi (fil-Lussemburgu hemm minoranza kbira Portugiża). Mort sat-Tube fuq pellegrinagg stramb, ghax kont pellegrin li ma kienx cert jekk kien dieħel fil-knisja xierqa, jew anke jekk kien għadu jemmen f'xi alla. Partitarju jfittex tim, dak li kont. U wara minuta logħob kont naf li t-tim ma kienx se jkun ir-Repubblika Ċeka. Anzi. Kienu l-Gana li gennewni, u gagħluni nibqa' fuq tarf is-siggu nsegwi l-azzjonijiet ta' kontr'attakk tagħhom, u l-ħeffa li biha qasmu d-difiża Ċeka f'erbgħin bicca. U sa l-ahhar tal-logħba kont naf li l-ebda Rosicky ma kien se jgaghlni nħossni bhal dak il-guvni Ċek bilqiegħda mhux 'il bogħod minni mal-bar, rasu 'l isfel, mingħajr kliem, għajnejgħ jifgaw id-dmugħ wara d-disfatta tat-tim nazzjonali tiegħu. Il-Gana għogbuni mhux għax il-Gana xi pajjiż li nħobb jew ghax rebħu, izda ghax huwa tim Affrikan li wera grinta u maestrija tal-logħba - minkejja n-nuqqas ta' esperjenza li wrew fil-grawnd - u bhall-Cote d'Ivoire qabilhom, intfajt b'ruħi u b'gismi warajhom. Hija xewqa tiegħi - u naħseb mhux tiegħi biss - li nara tim Affrikan imur tajjeb f'dan il-werld kapp. U ħesrem għaraft għalfejn ir-rebħa tat-Taljani mal-Gana ma kinitx ħallietli togħma ħelwa. Ovvja. Ghax iddejjaqt nara lill-Gana jitilfu. U għalhekk, wara l-logħba grejt mit-Tube san-naħa l-oħra tal-belt ta' Lussemburgu biex ningħaqad ma' l-Imżebbel ghall-aħħar logħba tal-gurnata - l-Italja kontra l-Istati Uniti. Kont kurjuz nara jekk kont se nibqa' biered u diżentużjażmat mat-Taljani. Xejn minn dan. Għaraft ghal darb'oħra l-ecitament, id-dizappunt tal-partitarju, anke jekk wara li McBride qalha d-daqqa li qalha, ridtu jiskurja... ostja qisni mara, partitarja mqanqla minn aspetti tal-logħba li m'għandhomx x'jaqsmu mal-qofol tal-ħaga.... sentimentaliżmu żejjed - u fl-aħħar kwarta b'ferħ kbir ħassejt qalbi tibda tħabbat qisha mhix hi, tippalpita bħal tadama għat-tmellis tas-sikkina... iva ħi, wasalt fl-aħħar... fl-aħħar il-werld kapp beda għalija...

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home