<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

16.6.06

Right of reply
Wara ċerti kummeti...

Twanny u Arċibald,

Bir-rispett kollu, imma naħseb li m'intom tifhmu xejn, jew ma tridu tifhmu xejn..

Din mhix kwistjoni ta' entużjażmu eċċessiv, imma ta' sapport għall-iskejjel tal-futbol li tkun issegwi. Mhux se nieħu fit-tul, għax għajjien, u llum xbajt nikkustinja fuq ħwejjeġ li għalija huma wisq iżjed minn ovvji. Diġa tlift il-logħba Żvezja - Paragwaj minħabba ċerti mentalitajiet assurdi, u issa m'inix beħsiebni nitlef xi sagħtejn irqad minħbba dan-nejk. Kemm nagħmel żewġ punti, għax dil-ħaġa nzertat tagħtini f'sormi żżejjed.

Jiena partitarju Ingliż. Meta nifraħ għax jerbħu l-Ingliżi, ma nkunx qiegħed nifraħ b'rix ħaddieħor, imma b'rixi stess, għax jien partitarju tal-futbol Ingliż. Ma ngħidx "rebħu", imma "rbaħna". M'humiex "huma" imma "aħna". Fejn jidħol il-futbol, jien wieħed minnhom. Xejn iżjed, xejn inqas. Iżjed ċar minn hekk ma nistax inkun.

F'dal-blogg issib min jitkaża għax jisma' erba' murtali, imma mbagħad jiktiblek dwar l-Ispanja li għandu "tnemnem" f'qalbu b'ton deċiżivament emozzjonali, kif wara kollox għandu jkun. Jien kultant naħseb li qegħdin nidiskriminaw, u nispera li qiegħed nifhem ħażin, imma tassew ma jidhirlix. Jekk se noqgħodu nfettqu fuq il-korrettezza politika (xi ħaġa li ddejjaqli żobbi), irridu nużaw l-istess riga ma' kulħadd u f'kollox, u mhux fejn jaqbel lilna biss.

Jiena qatt ma mort nispara murtali jew inxejjer bnadar, għax dan narah żejjed, imma meta jerbħu l-Ingliżi nħossni ferħan daqs kull Ingliż ieħor. Għalija jkun rebaħ it-tim tiegħi u mhux ta' ħaddieħor. Nerġa' ntenni, jien partitarju ta' l-Ingliżi sal-bajd, u ili nsegwi l-futbol Ingliż sa minn meta kont nilgħab bid-duda.

Iżda m'inix 'partitarju' bħall-hooligans li jaħxu l-gost ta' kulħadd bit-tkissir, il-vjolenza u ġieli wkoll bir-razziżmu bla sens. Lanqas bħal dawk il-partitarji Ingliżi Maltin li għadhom jirromantiċċizzaw bil-kolonja u biż-żobb ta' reġina. Jekk niġu f'dan jien nistmerr lill-monarkija Ingliża, u fija għad hemm leħen Mintoffjan jgħajjat li "jew bħalkom jew aqbżulna 'l barra b'kollox għax m'aħniex bżonnkom". U kuntent li ħlisna minnhom, jew aħjar, mill-klassi dominanti tagħhom li għadha sal-lum iddardar l-Alla b'ħafna pretensjonijiet kolonjali skaduti.


Jien parititarju tal-futbol Ingliż, minn dawk li jpaxxu grawnd bis-sapport u l-allegrija, għax iħobbu lit-tim Ingliż u l-futbol Brittaniku. U ta' dan jien kburi, u m'għandi xejn għala nistħi għax meta jerbaħ it-tim tiegħi niċċelebra u nagħmel ħafna frattarija. Jekk niġu f'dan, f'dal-pajjiż hawn ħafna nies li jmisshom jistħu ferm iżjed minni minħabba l-mibgħeda li qegħdin ixxerdu fost nieshom stess, l-iżjed kontra nies oħrajn li lanqas jafuhom minn Adam. U dan mhux qegħdin jagħmluh fil-futbol, imma fi kwistjonijiet ta' ħajja u mewt.

U nispera ma jiġix xi ħadd jgħidli li minħabba hekk m'inix Malti tassew jew li qiegħed nilgħaq sorm xi ħadd. Min jafni jaf sew kemm inħobb lil Malta u lill-kultura ta' dan il-poplu. M'għandix għalfejn noqgħod inġib ħafna eżempji. Hawn qegħdin nitkellmu fuq il-futbol, u mhux fuq ħwejjeġ oħrajn li jeħtieġu t-tħaddim ta' loġika u ta' attitudni totalment differenti.

Jien paritarju tat-tim Ingliż, li hu t-tim tiegħi, għax anke wara tfuliti ddeċidejt b'mod konxju li se nibqa' nappoġġjah jiġri x'jiġri, bit-tama li xi darba, fl-aħħar, wara das-snin kollha, jerġa' jkun fejn tassew jixraqlu - fil-quċċata!

U fuck the fucken queen, u għal darba, viva l-Maltin... iżommu ma' min iżommu!

Kummenti: 11

Anonymous Maria qal/qalet...

Naqbel miegħek li l-futbol huwa sempliċement futbol. Imma jkolli nammetti li minkejja li għad ma kellix ċans inżur Malta, ċerta attitudni kolonjali qed iddejjaqni minn issa. Fuq kollox ir-rwol ta' l-ilsien Ingliż f'Malta ma nifhmux. Mill-ħakkiema kollha li kellha Malta, lanqas għamlet ħafna żmien taħt l-Ingliżi. Issa hawn il-Greċja wara 500 sena taħt it-Torok ovvjament kellna jkollna t-Tork bħala lingwa uffiċjali u meqjusa bħala superjuri, hux?

16/6/06 07:09  
Blogger Arcibald qal/qalet...

ok ok l-Imzebbel... ghalhekk ma ktibt xejn! Ejja nhalluh ghall-loghob dan il-blogg u mhux ghal dan it-tip ta' dibattiti (ghallinqas ghalissa sakemm ghaddej il-kampjonat).

16/6/06 07:50  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Intendi li naqbel li ahna l-Maltin ghandna necessita' inevitabbli li insiru fens ta' nazzjonalitajiet ohra. Fil-kaz ta' min izomm ma' l-Inglizi iktar milli tlumhom tikkumpatihom :)

Xtaqt inkun nista' nghid hemmx limitu ghal dan it-tip ta' entuzjazmu ultra-nazzjonali imma inkun qed nigdeb ghax jien mad-daqqa tal-Innu Braziljan inhossni imwieled fil-favelas u nkun ghandni kif ghaddejt gurnata mizerja fuq il-loki ninkwieta (anki meta jilghabu kontra xi tim tan-nejk bhat-T&T ghax iktar hemm cans jaqghu baxx). Allura ma nistax ma naqbilx ma kevin li dan kollu huwa normali (imbaghad hemm min ifaqqa' l-murtali - imma jien ma naqbilx mal-ezistenza tal-murtali mhux tal-entuzjazmu).

Fl-ahharnett kwistjoni lingwistika. Ha nghidha b'mod li forsi l-iktar iddejjaq lill-imzebbel... "Imma why do you have to be so rude?" X'inhi din il-haga fost xi nies li jekk jitkellmu biz-zobb, bl-ghoxx u b'lingwa daqxejn harxa minghalihom li l-punt taghhom huwa iktar qawwi. Min jafni jaf li minix se nipprendi certu klliem u li kapaci nghidhom daqshom ... il-punt hu li l-istil jitlef hafna u jaqa' fil-baxx. Iva fil-baxx. Mhux snobbizmu dan... kwistjoni stilistiku... qed nesprimi l-fanatizmu lingwistiku tieghi li jippreferi juza espressjonijiet bhal "X'izzobb" ghal meta verament tkun qabzet (avolja l-ahjar ma tuzahiex).

Ma nafx intom imma jien insib ruhi li filwaqt li naqbel ma l-idea tat-tali li jkun qed jitkellem nibda ma naqbilx mieghu malli jinzel fil-volgarita' espressiva. Nahseb ukoll (u naf li mhux il-kaz tal-imzebbel imma dak l-impressjoni li taghtu) li meta wiehed jaqa fil-lingwagg tal-kazin ikun ukoll indikazzjoni ta nuqqas ta kapacita li jesprimi ruhu ahjar - diplomatikament u intellligentement.

U issa se jkun hemm is-soltu barrage dwar "snobbizmu", "klassizmu" u fuq kollox "intelligenti pulit vs injorant pastaz". U nghidilkom li jekk vera ha taqbudha fuq hekk ma fhimtux zobb u tistghu tmorru tiehduh kollha hawda tahwidha kif ghandu jkun.

16/6/06 08:55  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

u jekk ghandna inkunu rude allura kunu rude sew...

"Fuckin'" hija l-espressjoni kurrenti fl-ilsien ta' Crouch, Beckham u Rooney (avolja ta' l-ahhar forsi iktar itendi lejn il-Fookin

"Fucken" hija biss espressjoni li tezisti fuq certi windscreens (jew winskrims) Maltin jew fuq i-tieqa ta-'wara.


sieheb il-handsball din Twan!

and now back to football.

16/6/06 08:59  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Naħseb li int qajjimt kwistjoni lingwistika interessanti, imma naħsibx li ċertu lingwaġġ neċessarjament jindika nuqqas ta' diplomazija jew intelliġenza. U għandi dubju jekk jaqax taħt vulgari.

Lili d-diskors tal-każin jogħġobni daqs dak ta' l-akkademji, u m'għandix problema nħaddimhom it-tnejn; naf nadatta skond ma' min inkun. Wara kollox jien trabbejt niġri f'dak il-każin u l-ieħor.

Jiddependi wkoll mit-temperament ta' l-individwu u ċ-ċirkostanza li jsib ruħu fiha. Il-blogg tiegħi fih ħafna iżjed Malti akkademiku milli Malti tal-każini, imma ma jfissirx li xi darba ma tiġix xi ġurnata fejn nippreferi nkun, ngħidu aħna, "Ġanni Ċapċap" minflok "Uomo di cultura." Qed tifhem? :)

Ma ninsewx ukoll li ċerti espressjonijiet li forsi jitqiesu vulgari huma wkoll idjomi li daħlu f'ħalq in-nies, forsi inkluż ukoll, ċertu dagħa. Kien sar studju fuq hekk li kien interessanti ferm u nixtieq ħafna nsibu.

Lili kliem bħal "żobb" u "għoxx" eċċ ma jdejjquni xejn, anzi; li jirritani f'ċerti Maltin hu li joffendu bil-familji - dik ma nistax għaliha. Mill-bqija jistgħu 'jżabbu' kemm iridu, ma nara xejn ħażin f'dan.

16/6/06 09:20  
Blogger wwwitchie qal/qalet...

A very interesting piece. I find it very eloquent in defence of a personal choice if a little bit emotional ;) I think l-Imzebbel provides an interesting take on this whole issue.

As an individual explanation of his personal choice, I agree with him perfectly (ghax bhallikieku he needs my approval *lol*) but I think there is still room for analysis on why he feels so strongly about the England team, NOT to criticise him personally or to criticise England fans etc but to investigate the pattern and try to understand where it's coming from.

Nghiduha kif inhi, despite that I agree that you're entitled to side with England and do not really need to defend yourself because you do, don't you think it's interesting that the main support from Maltese fans goes to England and Italy teams?

So I think Arcibald and Twanny's comments should be taken in the context of a pattern of behaviour rather than an attack on you personally. Xi tghid?

16/6/06 09:51  
Blogger david qal/qalet...

Kont qed nistenniha bil-herqa d-diskussjoni inevitabbli fuq kolonjalizmu/identita'...

Jekk ma smajtx hazin meta kont il-grawnd Hannover, l-innu tal-Gana huwa bl-Ingliz.

Dwar il-lingwagg baxx ta' l-Imzebbel nahseb li kulhadd jaqbel li, ghal darb'ohra, l-kuntest kollox. Wara r-rebha mal-Gana smajna din il-perla:

'Che facc' 'i cazz'. Quelli volevano vincere. Andassero tutti a ffare bbocchini...'

16/6/06 09:54  
Blogger L-Imżebbel qal/qalet...

Maria,

l-istatus ta' l-ilsien Ingliż f'Malta iżjed milli ma nifhmux, jirritani ħafna, għax nemmen li jekk dal-poplu m'għandu xejn, għandu lsien mill-isbaħ u f'das-sens m'għandux għala jħossu inferjuri.

Fejn tidħol il-lingwa f'Malta teżisti apatija grassa, u ma nafx jekk qattx se jirnexxielna nikkonvinċu lin-nies biex jibdew jieħdu l-lingwa tagħhom bis-serjeta'. U dan ma jgħoddx biss għan-nies tat-triq, imma anke għal nies li suppost jafu aħjar, fosthom xandara u studenti Universitarji.

Naf li hawn bosta nies li jaħsbu li l-problema mhix daqstant kbira, imma sinċerament ma narax futur sabiħ għal din il-lingwa. Teżisti mentalita' mifruxa li fil-Malti kollox jgħaddi, iktbu kif trid, l-aqwa li bejnietna nifthemu.

F'Malta issa saħansitra għandna moviment politiku li jrid jabolixxi l-ilsien Malti, għax skond hu, l-ilsien tagħna huwa "lingua dannata" maħluqa apposta biex iżżomm lin-nies milli jaħsbu ideat kumplessi. Huwa vera li din hija minoranza, imma l-fatt li fis-sena 2006 għad għandna nies b'dawn l-ideat tinkwetani ħafna lili. Biex ma nsemmix l-ideat l-oħra...

Ma nafx nitkellem dwar l-istatus ta' l-ilsien Grieg fil-Greċja, imma għandi l-impressjoni li l-patrimonju Grieg dinji ma tantx igawdi r-rispett li jixraqlu fil-Greċja. Fil-fatt nibża' ħafna mmur s'Ateni, għax aktarx inħossni diżappuntat. U bħala xi ħadd li jħobb il-kultura Ewropea, l-iżjed il-filosofija, inħossni sensittiv ħafna dwarha.

16/6/06 09:59  
Blogger Mark Vella qal/qalet...

Jacques fil-fatt jaf jidgħi ħelu ħafna bl-għasafar itiru bil-maqlub...jew xi ħaġa hekk

16/6/06 13:29  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

"il-liba qarsa tal-ghasafar itiru bil-maqlub"

Gusto per precisare. Però dik hija "daghwa" jew "oxxenità". Dejjem kont nahseb li daghwa tinvolvi affarijiet religjuzi... the rest is just vulgar!

PS. ghal min hu superstizzjuz, il-word verification qed jitlobni nikteb ZICOS ... forza brasil!

16/6/06 14:14  
Blogger nigredo qal/qalet...

nahseb zicos tfisser forza gappun

16/6/06 17:41  

Itfa' kumment

<< Home