<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

24.6.06

Rio u Franz Ferdinand... jew Placebo?

Għada, ftit sigħat wara l-logħba tat-tieni rawnd bejn l-Ingilterra u l-Ekwador, se nkun qiegħed nara lil Placebo, li hu wieħed mill-iżjed gruppi favoriti tiegħi. Kont ili erba' snin noħlom li xi darba narahom, u meta ċ-ċirkostanzi tal-ħajja ġabuni 'l hawn fuq, kont kważi ċert li xi darba għad ninzertahom.

Ma mortx żmerċ għax hekk ġara. U mhux talli hekk, talli qabilhom inzerta li se jkun hemm ukoll il-Franz Ferdinand.


Terġa', jekk dejjem jgħaddu, ftit sigħat wara li l-Ingliżi jkunu tqatlu kontra l-Olanda jew il-Portugall, jiena nkun qiegħed nara lid-Depeche Mode u lil Morrisey ma' xi kollegi, fosthom ereżija u Xifer. Għal dan il-kunċert ħerqan ħafna wkoll, għax dejjem qist lil Placebo bħala verżjoni alternattiva elettrika tad-Depeche Mode, u l-mużika ta' Morrisey u ta' l-Ismiths dejjem tfakkarni f'dik il-melonkonija Brittanika tipika li tant togħġobni.

Tgħid għada, liema esperjenza se nibqa' niftakar l-iżjed bħala l-isbaħ waħda, il-kunċerti jew il-partita? Aħjar ma nissograx imbassar. Mill-esperjenza, naf li fuq prestazzjoni tajba mill-Placebo fuq il-palk dejjem tista' tkun ċert, iżda fuq waħda tajba fil-grawnd mill-Ingliżi mhux daqstant. F'das-sens, il-Placebo meta mqabbla mat-tim nazzjonali Ingliż ma tistax tqishom bħala xi one-hit-wonderers. Ma' dawk qatt ma taf x'se jiġri; stenna minn kollox: mill-pwerili sas-sublimi. Però mill-banda l-oħra dawn x'imkien jiltaqgħu: ħafna drabi t-tnejn jafu jwaqqgħawk down.


Ikolli ngħid li dawn il-kunċerti ħabtu f'ġurnata tabilħaqq ħażina, imma kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b'ġid. Għada, jekk l-Ingliżi jgħaddu għall-kwarti tal-finali, tkun tassew sabiħa li l-ġurnata mbagħad immur nispiċċaha hekk bit-tgawdija ta' dawn il-kunċerti. Aktarx f'dak il-każ, għal darba, inkun iżjed fil-burdata li nara u nisma' l-mużika fuq tagħha tal-Franz Ferdinand.

Iżda jekk inkunu bqajna l-art, imbagħad, il-mużika tal-Placebo tkun tassew ferm ideali biex inkompli nżid iżjed id-dipressjoni...


...tassew komunjoni...

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home