TotoDinja 1-X-2

Ir-regoli huma sempliċi. Kull ma trid tagħmel hu li tikteb it-tbassira tiegħek: 1 jekk taħseb li se jirbaħ it-tim tax-xellug, 2 jekk tal-lemin, jew X jekk taħseb li l-partita tispiċċa f'dro. Il-partiti jidhru skond l-ordni li hemm fuq il-paġna tal-Fifa. Għalissa nimxu tmienja tmienja, imbagħad fit-tieni fażi nimxu skond ir-rawnds. Irridu niddeċiedu wkoll jekk fit-tieni fażi nippruvawx nobsru biss liema tim jgħaddi, jew inżommu l-opzjoni X jekk naħsbu li l-partita tispiċċa wara l-ħin barrani jew il-penaltis. Hemm 64 partita b'kollox, jirbaħ ovvjament min jaqta' l-aktar.
L-ismijiet tal-pajjiżi huma miktubin skond kif jidhru fir-raba' volum tad-dizzju EN-MT ta' Aquilina (pġ. 3794-98). Wara ħafna tlajja' u nżul għażilt li nħalli barra l-artiklu, sempliċement għax l-ismijiet qegħdin jittieħdu mingħajr kuntest u mhux bħala parti ta' sentenza.
Hawnhekk għandkom l-ewwel lista. Ħallu r-risposti tagħkom fil-kummenti... għandkom sas-6 jekk tridu tinkludu l-ewwel waħda!
1. Ġermanja – Kosta Rika
2. Polonja – Ekwador
3. Ingilterra – Paragwaj
4. Trinidad u Tobago – Żvezja
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju
6. Serbja u Montenegro – Olanda
7. Messiku – Iran
8. Angola – Portugall
P.S. Grazzi lil kull min aċċetta l-istedina biex ikun kontributur f'dan il-blogg. Bdejna bil-mod (xtaqt inniedi s-sit qabel imma kelli nagħmel ġurnata sħiħa nissielet mal-Blogger), iżda għandi fiduċja li r-ritmu għad jiżdied meta naslu għall-partiti l-kbar.






Kummenti: 16
It-tbassiriet tiegħi:
1. Ġermanja – Kosta Rika 1
2. Polonja – Ekwador X
3. Ingilterra – Paragwaj 1
4. Trinidad u Tobago – Żvezja 2
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju 1
6. Serbja u Montenegro – Olanda 2
7. Messiku – Iran 1
8. Angola – Portugall 2
1.G - KR 1
2.P - E 1
3. I - P 1
3. TT - Z 2
5. A - KA X
6. SM - O X
7. M -I 1
8. A - P 2
3 hooligans ga gew arrestati!
Jiena ngħid:
1. Ġermanja – Kosta Rika 1
2. Polonja – Ekwador 2
3. Ingilterra – Paragwaj X
4. Trinidad u Tobago – Żvezja 2
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju 1
6. Serbja u Montenegro – Olanda X
7. Messiku – Iran 1
8. Angola – Portugall 2
Grazzi Jacques u Rod.
Rod, bgħattlek stedina bl-email, irċevejtha?
Ma tantx nifhem (ma nifhem xejn propjament) imma ha nittestja ftit il-fortuna biex nara niktibx biljett tas-Super5 il-gimgha d-diehla:
1. Ġermanja – Kosta Rika 1
2. Polonja – Ekwador 2
3. Ingilterra – Paragwaj 1
4. Trinidad u Tobago – Żvezja X
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju 1
6. Serbja u Montenegro – Olanda 2
7. Messiku – Iran X
8. Angola – Portugall 2
Mela:
1. Ġermanja – Kosta Rika 1
2. Polonja – Ekwador 1
3. Ingilterra – Paragwaj 1
4. Trinidad u Tobago – Żvezja 2
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju 1
6. Serbja u Montenegro – Olanda 2
7. Messiku – Iran X
8. Angola – Portugall 2
1. G - KR : X
2. P - E : 1
3. I - P : 1
4. TuT-Z : 2
5. A - KtA: X
6. SuM-O : 2
7. M - I : 1
8. A - P : 2
Iva Twan, irċevejtha l-istedina li bgħattli :)
1. Ġermanja – Kosta Rika [gejt tard!]
2. Polonja – Ekwador X
3. Ingilterra – Paragwaj 1
4. Trinidad u Tobago – Żvezja 2
5. Arġentina – Kosta ta' l-Avorju X
6. Serbja u Montenegro – Olanda X
7. Messiku – Iran 1
8. Angola – Portugall 2
2. X
3. 1
4. X
5. 1
6. 2
7. X
8. 2
Baldu u jien biss irnexxielna nbassru r-rebħa ta' l-Ekwador :)
Istja vera ha mmur naqta biljett tas-super5 nahseb :)
3. 1
4. 2
5. 1
6. X
7. 1
8. 2
U l-ewwel hamsa qtajthom! LOL
Prosit xbin!! Qed tara kemm tifhem fil-futbol! Aktar minna ħej!
Lil Toni, Maria u Mark... mhux ġust li tibdew b'żvantaġġ għax ġejtu naqra tard, anzi jien xtaqt nibdew ħafna qabel (3 jew 4 ijiem qabel) imma ma kellix ċans intella' l-blogg sal-ġurnata ta' qabel il-ftuħ, imbagħad kelli problemi bil-Blogger. Ejja, jekk tridu... kunu onesti - kif ħsibtu li kienu se jispiċċaw il-logħbiet li tliftu?
Il-qaħbeċ Baldu! O_O
Ma nagħmlux mod li tajt xi ċempila lil ċertu Luciano?!
Itfa' kumment
<< Home