<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

25.6.06

Vit jew skorfina


Ili noħlomha mill-eqqel ta' tfuliti. Minn banda nħossni ixxurtjat wisq li esperjenza bħal din, li dejjem kienet tidher kważi impossibbli, issa ser issir realta' daqshekk malajr. Fil-kompetizzjonijiet passati li niftakar, fl-Italja u fl-Istati Uniti kont żgħir wisq, fi Franza probabbli kont qed nagħmel xi eżamijiet, fl-2002 saret in-naħa l-oħra...u f'kull waħda kont ngħid li xi darba nixtieq immur nara logħba tat-tazza tad-dinja.

Issa għada sejjer. U ser naqsamha magħkom. U ser taħsbu fija waqt il-logħba tat-Taljani. Tgħidu dak ix-xadin min jaf x'buzz qed jieħu, jew balleċ kien tant beżżul li kellu jara t-Taljani jitilfu...cioe' jinqalgħu - għax għandhom ħabta jinqalgħu mingħajr ma jitilfu. Għada ngħidilkom (jew pitgħada, probabbli jkolli bżonn ftit żmien biex nirkupra). Minn filgħodu nlebbet lejn Kaiserslautern, bil-flokk tat-Taljani u, ma jistax jonqos, bandiera ta' Malta...ħalli jkollkom aktar fejn timirħu fid-dibattiti mqanqla, mkebbsa mill-Imżebbel et al, u li ngħidu x'ngħidu ma ntemmuhom qatt.

Kont inkun kuntent anke nara s-Sawdi mat Tuneżija. Ukoll kont inħossni xxurtjat. Imma minn hawn jew minn hemm lgħabt karta biex forsi nazzekka t-Taljani. U ġiet tajba. Ħa naraw tiġix kompluta.

Kummenti: 0

Itfa' kumment

<< Home