<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

6.7.06

Allez les BLA BLA BLAAĦ

Photobucket - Video and Image Hosting


Din xi tkun għid? Il-bieraħ żammejt mal-Portugall kontra Franza. Is-Sibt żammejt ma' l-Ingilterra kontra l-Portugall. Forsi għax dak l-għajjat u ferħ sakran "allez les bleus" li rajt Belfort fil-wikend iritani sew. Imma jekk niġu f'dan, il-Portugiżi ta' Lussemburgu jqabbżuli ċ-ċinga wkoll... ma' kull rebħa arahom ħerġin fit-triq iwerżqu u jperpru l-bnadar qishom boloħ, karozzi jpaqpqu mingħajr waqfien - iljunfanti antipatiċissimi -

Iva. Jiena wkoll antipatiku. F'għajnejn ħaddieħor. Għax l-espressjoni kollettiva ta' ferħ li tispira fin-nies it-tazza tad-dinja ddejjaqni ħafna. Fi kliem ieħor, kull meta nara partitarji ta' tim jifirħu ġo bar fejn inkun qed nara l-logħba arawni minnufih inżomm mat-tim l-ieħor. U hekk ġarali l-bieraħ. Mort sat-Tube biex nara l-Franċiżi jirbħu kontra dawk l-indannati Portugiżi tuffatori (agħar mit-Taljani dawn), l-iktar biex nara lill-Portugiżi numerużi ta' Lussemburgu jinħarqu. Ħeħe. Imma fit-Tube ħlief Franċiżi ma kienx hemm, allez les bleus allez les bleus qażżuni jwerżqu qishom teenyboppers waqt kunċert tal-Beatles kull darba li mess il-ballun Zidane. U ejja f'ġieħ Alla! Mela qatt ma rajtu plejer imiss ballun u jtih bis-sieq? Jekk jiena partitarju part time, dawn x'inhuma mela? U għalhekk, fl-għoxrin minuta qabżitli u bdejt inżomm mal-Portugall. L-aqwa li ma nkunx mal-folla.

Din xi tkun? Li tiddeċiedi li żżomm ma' tim? Ma tistax tara logħba mingħajr ma żżomm ma ħadd? Din xi tkun? Hija għażla marbuta max-xewqa ta' l-individwu li jħoss ix-xenqa tar-rebħa, u l-klimaks tal-konkwista tat-tim l-ieħor? Li jħossu rebbieħ, anke jekk by proxy? Dik il-kelma li nużaw - "żomm" - bħallikieku jekk ma żżommx taqa', tintilef fir-rassa jekk ma żżommx m'id il-mummy. Fil-każ tiegħi l-bieraħ kienet sempliċi għażla ta' tama li nara l-ferħ fuq wiċċ grupp nies (li wara kollox kull ma kienu qed jagħmlu kien li jieħdu pjaċir jaraw it-tim nazzjonali TA' PAJJIŻHOM - għal kuntrarju tal-partitarji full time Maltin) jinbidel f'dispjaċir u niket. Id-diżappunt sabiħ wisq meta tarah idallam wiċċ ħaddieħor. Allez les BAA BAA BAA.... blaħ.

Is-Sibt kien każ differenti. Kont Belfort flimkien ma' l-Imżebbel u x-Xifer għal festival ta' mużika. Wikend taħt xemx tiżreġ fil-kumpanija ta' żewġ persuni ta' l-ostja. L-unika problema - huma partitarji akkaniti ta' l-Ingliżi, u jiena, minix. Anzi, id-dispjaċir fuq wiċċ partitarju Ingliż jinżilli għasel. Iżda s-Sibt sibt ruħi nżomm ma' l-Ingliżi kontra l-Portugall. Tgħid għalfejn? Forsi għax il-ġurnata ta' qabel it-Taljani kienu rebħu b'mod konvinċenti (3-0 ma' l-Ukrajna) u għallura stajt naffordja li l-Ingliżi jifirħu wkoll. Forsi għax l-istennija eżawrenti ta' Kevin u Mark qabel il-logħba kienet kontaġġjuża u spiċċajt jien ukoll ninkwieta li Ericksson jilagħbu lill-Crouch u x'naf jien. L-appoġġ tiegħi għat-tim Ingliż dak in-nhar ma kellux ekwivoki. Kien totali. Qatt ma kienet ġratli qabel. Għaraft at first hand niket l-ieħor. The Other. Ipparteċipajt f'dak in-niket. Mhux daqs L-Imżebbel s'intendi u lanqas daqs Ix-Xifer, imma xi ħaġa onesta u vera ħassejt għall-Ingilterra u dawk il-qomos bojod bit-tliet iljuni. Rooney ma kellux jitkeċċa!

Imma Les Bleus QATT! Inżomm ma' kull tim nazzjonali fid-dinja iżda ma' Franza QATT! QATT! Għalfejn? Ma nafx. Idejquni n-nies? Ma tantx. Forsi li kieku kienet Franza Ingilterra s-semi finali kont inżomm ma' Franza minkejja l-kotra mdawra miegħi tobżoq allez les bleus b'ferħ pulċinellesk. Naf żgur li meta Franza rebħet lill-Brażil kont kuntent, għax lill-Brażil ma naħmilhomx - l-attitudini tas-saporters tagħhom tixbaħ wisq xi tifel imfissed li kulħadd jifraħ bih u meta xi ħadd ma jagħtix kasu jaqa' down. Aħjar għalihom. Kemm hu sabiħ tara l-ferħ jinbidel f'niket. F'wiċċ ħaddieħor.

Kontra t-Taljani żgur minix se nżomm mal-Franċiżi, ovvjament, imma jekk niġu f'dan, is-saporters Taljani ma jqażżux l-Alla wkoll? Dażgur. U jdejquni daqs l-oħrajn. L-aqwa li ma nkunx mal-folla. U dan mingħajr ma qiegħed Malta fejn min jaf x'se jkun hemm nhar il-Ħadd bil-lejl jekk l-azzuri jaslu sal-premju aħħari. BLAĦĦĦĦĦ! Iġagħluni nirremetti...

Daqshekk ridt ngħid.

Kummenti: 6

Blogger gybexi qal/qalet...

Sourpuss! (you beat me to it insomma... hehe)

Jien qieghed Franza fejn kelli inbaghti lejl shih ta' hornijiet u ghajjat. Meta fl-ahhar kien hemm naqra skiet tfacca vann supporters quddiem l-appartament ta' habiba tieghi (fejn qed noqghod) u ghajtu (nikkwota verbatim) "AAAAAAAAAAAAAARGH", fejn xi hadd fil-bini 'taghna' irrisponda "WWWWAAAAARRRGHHHH", u baqghu sejrin hekk sakemm instema lehen jghajjat "Les portugais vous emmerde tous!!". Les maltais ukoll sieheb, les maltais ukoll...

u 'tmiem il-gimgha' mhux isbah minn 'wikend'?

6/7/06 10:54  
Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

LA 'tmiem il-gimgha' u laqqas 'wikend' - ghalija l-aqwa wahda hija 'long weekend'.

6/7/06 11:05  
Blogger Erezija qal/qalet...

long weekend film tajjeb hafna mill-40s...

jiena wikend nghid meta nithaddet u mhux tmiem il-gimgha... imma vera, tmiem il-gimgha tinstema' sabiha, kwazi eleganti

6/7/06 11:36  
Blogger Kenneth qal/qalet...

Alla jiskansa li jirbħu t-Taljani nhar il-Ħadd għax xi sagħtejn storbju kien biżżejjed dakinhar. U jien ma noqgħodx lejn Tas-Sliema, aħseb u ara.

6/7/06 11:46  
Blogger Erezija qal/qalet...

le ħija mhux hekk qed ngħid.. jiena xorta nispera u nittama li jirbħu t-taljani!!!! fingers crossed... għandi par ear plugs, jekk trid nibgħatomlok

6/7/06 11:52  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Dik il-kelma li nużaw - "żomm" - bħallikieku jekk ma żżommx taqa', tintilef fir-rassa jekk ma żżommx m'id il-mummy.

Kbira din is-sentenza. Għoġbitni immens.

6/7/06 15:25  

Itfa' kumment

<< Home