<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener("load", function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <iframe src="http://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID=29439955&amp;blogName=Il-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a&amp;publishMode=PUBLISH_MODE_BLOGSPOT&amp;navbarType=BLUE&amp;layoutType=CLASSIC&amp;searchRoot=http://werld-kapp.blogspot.com/search&amp;blogLocale=en_GB&amp;homepageUrl=http://werld-kapp.blogspot.com/&amp;vt=-2929419435740534102" marginwidth="0" marginheight="0" scrolling="no" frameborder="0" height="30px" width="100%" id="navbar-iframe" allowtransparency="true" title="Blogger Navigation and Search"></iframe> <div></div>

10.7.06

Fallo, seconda parte

Wara din.

Jidher li Zidane jobgħod il-kjuwijiet tad-dipartiment sew u ddeċieda, ħabta w sabta, li jevitahom akkost li jtappan il-karriera tiegħu fl-aħħar ftit minuti tagħha. Fi kliemu stess:

"Malli ndunajt li l-logħba kienet waslet fi tmiema u kien sa jkolli bżonn il-kartanzjan biex naqbeż il-kju għat-tazza, iddeċidejt li nimita lil barri li rajt fuq dokumentarju fuq Discovery Channel il-bieraħ fil-għodu".

Ħasra li ħadd ma qallu li bil-kartanzjan ma kienx sa jitħalla jgħolli t-tazza, lanqas kieku Franza rebħu l-lotterija tal-penaltis.

P.S. Minn hawn nixtieq nawgura lil Jacques li rnexxielu jilħaqni (kif dan?) fil-klassifika biex ġejna b'40 punt kull wieħed fl-ewwel post. X'għidt li kien il-premju Antoine? :)

Kummenti: 2

Blogger Jacques René Zammit qal/qalet...

Jiena issa tghallimt ma nghajjatx vittorja. Qed nistenna li jqum xi pittma u jsib xi konverzazzjonijiet telefonici li kelli u jhassruli xi punti.

Hekk jew b'hekk hadna gost u anki pjacir. Jekk fhimt sew it-tnejkn ma qtajnijiex ta' l-Italja ghax ma stennejniex li l-pizzurri ikollhom bzonn il-penalties biex jirbhu l-izringijiet.

10/7/06 11:04  
Blogger Arcibald qal/qalet...

Jien kieku ma kienx hemm din il-klassifika zgur li ma kontx naghti kaz tal-world cup daqshekk. Jigifieri ghaddejt siegha zmien insegwi biex nifhem ftit ir-rizultati kif nahseb li sa jigu u ovvjament insegwi l-partiti kemm jista' jkun biex nara l-frott tat-tbassir :)

Tal-penalties u ta' Zidane kienu zewg dispjaciri hux. Ta' l-ewwel ghax min jirbah ikun qisu rebah b'lotterija u mhux ghax ghamel xi gowls li sa jibqghu fl-istorja tal-futbol, u tat-tieni ghax plejer bhal dak missu, anki f'kaz ta' telfa kif fil-fatt gara, hareg b'wiccu mghollija u bl-unuri ta' wiehed mill-aqwa prejers mondjali bhalissa u forsi anki ta' dejjem.

10/7/06 11:45  

Itfa' kumment

<< Home