<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener("load", function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <iframe src="http://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID=29439955&amp;blogName=Il-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a&amp;publishMode=PUBLISH_MODE_BLOGSPOT&amp;navbarType=BLUE&amp;layoutType=CLASSIC&amp;searchRoot=http://werld-kapp.blogspot.com/search&amp;blogLocale=en_GB&amp;homepageUrl=http://werld-kapp.blogspot.com/&amp;vt=-2929419435740534102" marginwidth="0" marginheight="0" scrolling="no" frameborder="0" height="30px" width="100%" id="navbar-iframe" allowtransparency="true" title="Blogger Navigation and Search"></iframe> <div></div>

7.7.06

Fallo

Berlin, Ġermanja: Aħbar interessanti għall-final tat-Tazza tad-Dinja 2006 li ser isseħħ hawn ġewwa Berlin nhar il-Ħadd li ġej. Għall-plejers tat-tim Franċiż, għall-ewwel darba fl-istorja, ir-referee mhux ser juża karti sofor u ħomor. Minnflok, ser jurihom il-Kartanzjan.

Għal dan, Zinedine Zidane deher eċitat u kkummenta li "għallinqas il-karta tingħata lili dak il-ħin stess u ma rridx noqgħod fil-kju id-dipartiment."

Barra dan, aħbar oħra interessanti hija l-waqa' ta' Grosso fl-aħħar minuti tal-logħba kontra l-Awstralja. Din issa daħlet fl-istorja u ħadet il-laqam ta' Colpo Grosso.

Kummenti: 1

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Għall-plejers tat-tim Franċiż, għall-ewwel darba fl-istorja, ir-referee mhux ser juża karti sofor u ħomor. Minnflok, ser jurihom il-Kartanzjan.

X'waħda daħħaktni xbin!

7/7/06 15:29  

Itfa' kumment

<< Home