Għeluq
L-emozzjonijiet tal-kampjunat: plejers jiċċelebraw jew b'wiċċ ta' diżappunt, jiġġieldu jew jagħmlu ħbieb, partitarji jifirħu jew jitnikktu, kommentaturi jgħajtu l-kelma gowl f'diversi lingwi, bnadar jixxejru... kollu bil-mużika tas-silta One, tal-U2.
We're one, but we're not the same... u darba kull erba' snin, permezz tal-logħba sabiħa tal-futbol, id-dinja donnha tingħaqad daqsxejn aktar.
We're one, but we're not the same... u darba kull erba' snin, permezz tal-logħba sabiħa tal-futbol, id-dinja donnha tingħaqad daqsxejn aktar.
Grazzi lill-kontributuri u lill-qarrejja kollha ta' dan il-blogg. Il-kampjunat ta' din is-sena kien sabiħ ħafna, u ħadt pjaċir ngħixu hawnhekk, magħkom, fuq il-bloggosfera Maltija. Forsi erba' snin oħra nerġgħu nagħmluha.
Saħħiet.
Saħħiet.







Kummenti: 11
Erba' snin oħra, Twanny?!? U t-Tazza tad-Dinja tan-nisa tas-sena li ġejja mhix Logħba Sabiħa?!? ;-))
Kumment sessist.... nispera li tkun ix-xita waqt dawn il-loghob tal-futbol tan-nisa :) Wet t-shirt football... ideali!
Erba' snin oħra, Twanny?!? U t-Tazza tad-Dinja tan-nisa tas-sena li ġejja mhix Logħba Sabiħa?!? ;-))
leqq... pjuttost redikola anzi. :)
Twanny,
Titħajjar nagħmlu waħda fuq il-Kampjonat Ewropew 2008?
Naqra rispett għan-nisa, pliż !!
Titħajjar nagħmlu waħda fuq il-Kampjonat Ewropew 2008?
Iva mela... imbagħad naraw sentejn oħra. U forsi nagħmlu qabża sa l-Iżvizzera u l-Awstrija, ma nkunux ħafna 'l bogħod. L-eremita għandu seba' mitt sena biex jerġa' jsir nomadu...
Biex nagħmilha ċara, jien qatt ma rajt logħba futbol, la ta' l-irġiel u lanqas tan-nisa, u ħadt sehem fil-blogg sempliċement sabiex nipprattika l-Malti. Nimmaġina li f'għajnejn ċerti persuni mżebblin in-nisa huma redikoli anki meta jiktbu dwar il-Logħba Sessista, imma din mhix problema tiegħi. Kienet esperjenza sabiħa anki għalija, b'eċċezzjoni waħda: dik tal-ħobbejn għarwenin u tal-kummenti bħal dawn. Forsi għamilt ħażin li ma ktibtx żewġ bloggati li kelli f'moħħi: dwar il-futbol u s-sessiżmu u dwar il-futbol u r-razziżmu...
Amen to that
This comment has been removed by a blog administrator.
This has nothing to do with sexism or racism, but rather with human nature. It's just that we're one, but we're not the same... :)
Bilħaqq, min ġie wara n-nisa fil-klassifika, m'għandux id-dritt jitkellem dwar in-nisa u l-futbol :P
Ħeqq, jien dejjem wara n-nisa niġi. :)
Ikolli ngħid, akkwistajtek lilek hawn! Mhux biżżejjed inzertajt għandi s-sieħba mill-Portugall! Le, tassew qiegħed sew! :)
Itfa' kumment
<< Home