Italia Campione del Mondo

Italja 1 Franza 1 (5-3 pen.)
Ma kinitx partita ta' barra minn hawn, imma kienet mimlija drama, u għalija, final wisq isbaħ minn dawk ta' l-aħħar erba' edizzjonijiet tal-Werld Kapp (ċjoè, dawk li niftakar).
B'xorti ħażina l-filmati meħudin mit-televiżjoni ta' l-Ekwador tneħħew mill-internet wara pressjoni mingħand il-Fifa. Hawnhekk għandkom vidjo ta' l-isbaħ siltiet (u waħda kerha) meħud mill-iSky Taljan:
Id-daqqa ta' ras ta' Zidane (mhux dik li ssejvja Buffon ftit minuti qabel) ... mais pourquoi?
Stampa li rċevejt mill-Ingilterra...

... u l-għada, il-kuġin tiegħi ta' 7 snin beda jimita lil Zidane, jiġri lejja qisu barri u jtini daqqa daqqun f'sidri, darba wara l-oħra... Prosit ta' l-eżempju li tajt lit-tfal, Zizou. Jekk jirriżulta veru li l-kumment ta' Materazzi kien wieħed razzista, nispera li l-Fifa tieħu azzjoni kontrih...
Iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tim Taljan (Caressa: «Abbracciamoci forte e vogliamoci tanto bene... abbiamo vinto tutti!»)
Striscioni al Circo Massimo:

U fil-fehma umli tiegħi, mingħajr dubju, l-aqwa plejer tal-kampjunat:

Gianluigi Buffon
Il-klassifiċi tal-1X2 ġejjin dalwaqt...







Kummenti: 0
Itfa' kumment
<< Home