"Kemm huma ħelwin... imma boloh!"

Tazez tad-Dinja alternattivi #2
"By the year 2050, develop a team of fully autonomous humanoid robots that can win against the human world soccer champion team."
Bremen, 14-20 ta' Ġunju: It-Tazza tad-Dinja tar-robots
"Kemm huma ħelwin... imma boloh!"
Fil-każ taċ-ċess suppost li b'xi mod irnexxa l-esperiment meta Kasparov tilef il-logħba kontra l-"Big Blue". Kemm huwa probabbli però tali żvilupp fil-kamp ta' sports tat-tip tal-futbol?
Min żar ir-Robocup ta' Bremen issa matul it-Tazza tal-plejers umani u għex din l-esperjenza li tfakkar aktar f'xirja high-tech milli f'avveniment sportiv, induna kemm għadha twila t-triq. "Rajthom l-umanoidi? Kien hemm wieħed resaq tlikki tlikki lejn il-ballun, refa' riġlu biex jixxutja... u waqa' ma' l-art! U mbagħad il-gowlkiper għamel l-istess," qal it-tifel. It-tifla ta' maġenbu kellha żżomm żaqqha bid-daħk. "Kemm huma ħelwin... imma boloh!" ikkumentat hi.
Xorta waħda min ma jiddejjaqx jaqra aktar tagħrif dwar l-istorja ta' tentattivi bħal dan u l-istat attwali ta' l-iżvilupp tekniku, jinduna li dan l-aħħar sar progress kbir ħafna. Dażgur li l-plejers tal-ħadid u tal-plastik jaqgħu ma' l-art aktar drabi anki minn Ronaldo stess, imma l-aqwa minnhom tgħallmu jqumu weħidhom. Dan biss diġà hu suċċess enormi fil-kamp ta' l-intelliġenza artifiċjali.
Waqt li l-kategorija ta' l-umanoidi kif ukoll il-klieb ħelwin ta' dik tat-tetrapodi jiġbdu l-aktar is-simpatija u l-interess tal-pubbliku, l-aħjar logħob naturalment jintlagħab fil-kategoriji l-oħrajn, li jqajmu interess wisq ikbar fost it-timijiet umani (gruppi ta' studenti universitarji u riċerkaturi f'diversi istituti tekniċi) li fasslu u ħejjew dawk robotiċi: is-small sized league u l-middle sized league fejn diversi kaxex żgħar bir-roti jiġru wara l-ballun b'ħeffa u effiċenza li ġġagħlek tistagħġeb.

Ħoloq:
http://www.robocup.org/
http://www.robocup2006.org/start?lang=en http://www.spiegel.de/netzwelt/technologie/0,1518,421758,00.html

Kummenti: 0
Itfa' kumment
<< Home