Spariġġ għat-tielet post
Imsejknin il-Portugiżi... lagħbu futbol eleganti ħafna -avolja ftit maħmuġ-, mhux biss il-bieraħ iżda tul il-kampjunat kollu. Forsi bir-raba' post ikunu sodisfatti, imma li kieku skorjaw il-gowls li kien ħaqqhom daqskemm ikkontrollaw kull partita u għamlu pressjoni fl-attakk, kieku l-lejla jagħtu logħba tajba ħafna (u żgur aktar fluwida) lill-Azzurri.
Għalkemm naħseb li l-logħba tal-lejla se tkun sabiħa xorta waħda. Il-finali tat-Tazza tad-Dinja għandhom tendenza li jkunu speċi ta' anticlimax... imma din is-sena, it-Taljani se joħorġu b'ġuħ ta' nagħam, u żgur mhumiex se jidfnu rashom fil-ħaxix tal-piċċ. U rridu jpattu għad-disfatta tal-finali ta' l-Ewro 2000...

FORZA AZZURRI.

Kummenti: 2
Issa naraw issa naraw Twan... ghandhom habta jaqghu ghan-nejk fl-iktar punt krucjali t-Taljani. M'ghidt xejn imma jien... shhh :)
Ħasra li l-kontenut tal-kartuwn ilu xi ġimagħtejn jinxtered f'e-mail f'verżjoni miktuba :)
Itfa' kumment
<< Home