<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

4.7.06

Temmnu li t-tfal kienu se jaharbu?

4.7.2006

Tazez tad-Dinja alternattivi #1

Berlin, 2-8 ta' Lulju 2006: L-ewwel Tazza tad-Dinja fl-hekk imsejjaħ "Street Football"


Isem it-trofew "Copa Escobar", b'tifkira tal-kalċatur Kolombjan Andrés Escobar, li nqatel minħabba l-awtogowl li għamel matul it-Tazza tad-Dinja ta' l-1994, f'logħba kontra l-Istati Uniti.

Fil-logħob "Street Football" m'hemmx referì; it-timijiet jiddeċiedu dwar ir-regoli weħidhom. Bilħaqq... hemm pereżempju l-opzjoni li gowl skorjat minn tifla jiswa aktar!
















Temmnu li t-tfal kienu se jaħarbu?

Infexxu jibku lkoll meta qalilhom bl-aħbar tant mistennija. Mistennija iva... għax kienu ilhom jimmaġinaw b’aktar u aktar dettalji s-safra twila, il-belt maqsuma u llum magħquda mill-ġdid, fuq il-kontinent tan-nies għonja u bojod, il-mistednin minn kull rokna tad-dinja. Fuq kollox però l-festa tal-ġenn li se ssir apposta għalihom u għaż-żgħażagħ kollha. Imbagħad il-logħob u (forsi!) ir-rebħa.

Xorta ma stennewhiex hekk. Għax il-biraħtlula, nhar il-Ħadd, 2 ta’ Lulju, il-festa tal-ġenn bdiet mingħajrhom. Yomi Kuku għadu bix-xokk. “Għaddejt minn trawma. Sakemm kellimt lill-ambaxxata Ġermaniża, lanqas kont niftakar l-aħħar darba li kont bkejt.” Kien iħossu speċi ta’ ambaxxatur anki hu. F’Lagos, Niġerja, qed imexxi proġett ta’ importanza soċjali kbira ħafna bl-isem ta’ “Search and Groom”, li fih qed jieħdu sehem aktar minn 1.000 tifel u tifla minn dawk li m’għandhomx familja u dar, imma qed jgħixu fuq it-toroq tal-metropoli Niġerjana. Dan il-proġett soċjali huwa bbażat prinċipalment fuq il-futbol. Għax il-futbol ma jintlagħabx biss minn kalċaturi b’mentalità ta’ divi quddiem il-partitarji fanatiċi tagħhom, imma f’kuntesti għalkollox differenti, huwa kapaċi wkoll joħloq sens ta’ għaqda fost ulied il-ħali li qatt ma kellhom ċans jgħixu ħajja soċjali “normali” u organizzata.

24 tim mid-dinja kollha kienu mistednin għall-festival, imma 22 biss waslu f’Berlin. “Dan mhux avveniment għall-avveniment, jgħid l-organizzatur, Jürgen Griesbeck. Fil-fatt it-timijiet kollha jieħdu sehem fix-xibka dinjija “Street Football World”, u l-festival jiġi organizzat bl-appoġġ tal-Ġnus Magħquda u jifforma parti mill-programm kulturali tal-FIFA. Xorta waħda r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Ġermanja ċaħdu li jagħtu viża lit-timijiet tan-Niġerja u tal-Gana. Skond il-Ftehim ta’ Schengen viża tingħata biss lil min jipprova r-rieda tiegħu li jerġa’ lura f’pajjiżu. U skond il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin dan mhux il-każ taż-żgħażagħ Niġerjani u Ganjani...

Kummenti: 2

Blogger Maria qal/qalet...

Grazzi ħafna, Twanny, talli ppubblikajtha... għal dak li għandu x'jaqsam ma' l-HTML, għadni nħossni kemmxejn illiterata. U skużani tal-layout medjokri wisq...

Imma fost il-kontributuri, fejn jien? ;-))

5/7/06 13:03  
Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

Tiċċajta, il-layout tajjeb ħafna. Dwar il-lista ta' kontributuri, issa nżidek :)

5/7/06 15:53  

Itfa' kumment

<< Home