Min jaf għalfejn? Ippruvajt infittex xi informazzjoni fuq l-eteru imma ma sibt xejn aktar minn dak li jgħidilna l-artiklu tal-BBC. Isemmu "problemi politiċi" u ma jidħlux fid-dettalji. U għala waqt il-logħba tal-final? Coup de théâtre? Ħass li kien għadu kemm temm l-aħħar missjoni tiegħu, u ma felaħx iżjed?
Imsejknin il-qraba tiegħu... miraklu kif ma mietx wara li spara għal rasu.
Jgħidu li għafas il-grillu madwar il-minuta 70 tal-logħba. Il-moħħ tgħidx kemm jiġri meta jkun f'nofs ta' panic. Dak il-ħin kienu qegħdin jattakkaw il-Franċiżi u jagħmlu ħafna pressjoni, u kollox kien jissuġġerixxi li t-Taljani kienu se jitilfu. Forsi s-sur Kiessling kellu xi ftehim?
Niddubita, però anki jekk jirriżulta li Kiessling kien imdaħħal f'xi storja ta' korruzzjoni, nibża' li ma nsiru nafu qatt. Il-Fifa għandhom wisq poter u diġà għandhom reputazzjoni kemmxejn maħmuġa...
Din is-sena, aktar minn qatt qabel, it-Tazza tad-Dinja se tingħex fuq l-internet. U se tingħex ukoll fuq il-bloggosfera Maltija.
Dan huwa spazju fejn inkunu nistgħu naqsmu l-fehmiet u l-impressjoniet tagħna fuq il-kampjunat. Mhux xi eżerċizzju ta' ġurnaliżmu sportiv, tista' tkun soġġettiv kemm trid. Opinjonijiet, aneddoti, analiżi ħafif. Kulħadd mistieden. Bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż... l-uniku lsien uffiċjali huwa l-kordjalità, u l-imħabba lejn il-futbol internazzjonali, din il-logħba li permezz tagħha niċċelebraw il-ġmiel tad-diversità.
Ċaħda: Il-fehmiet espressi f'dan is-sit elettroniku huma dawk ta' l-awturi biss, u ma għandhom ikunu assoċjati ma' l-ebda għaqda jew istituzzjoni li l-awturi jagħmlu parti minnha.
Kummenti: 2
Min jaf għalfejn? Ippruvajt infittex xi informazzjoni fuq l-eteru imma ma sibt xejn aktar minn dak li jgħidilna l-artiklu tal-BBC. Isemmu "problemi politiċi" u ma jidħlux fid-dettalji. U għala waqt il-logħba tal-final? Coup de théâtre? Ħass li kien għadu kemm temm l-aħħar missjoni tiegħu, u ma felaħx iżjed?
Imsejknin il-qraba tiegħu... miraklu kif ma mietx wara li spara għal rasu.
Lanqas stqarrija tal-Fifa ma ħarġet?
Jgħidu li għafas il-grillu madwar il-minuta 70 tal-logħba. Il-moħħ tgħidx kemm jiġri meta jkun f'nofs ta' panic. Dak il-ħin kienu qegħdin jattakkaw il-Franċiżi u jagħmlu ħafna pressjoni, u kollox kien jissuġġerixxi li t-Taljani kienu se jitilfu. Forsi s-sur Kiessling kellu xi ftehim?
Niddubita, però anki jekk jirriżulta li Kiessling kien imdaħħal f'xi storja ta' korruzzjoni, nibża' li ma nsiru nafu qatt. Il-Fifa għandhom wisq poter u diġà għandhom reputazzjoni kemmxejn maħmuġa...
Itfa' kumment
<< Home