<body><script type="text/javascript"> function setAttributeOnload(object, attribute, val) { if(window.addEventListener) { window.addEventListener('load', function(){ object[attribute] = val; }, false); } else { window.attachEvent('onload', function(){ object[attribute] = val; }); } } </script> <div id="navbar-iframe-container"></div> <script type="text/javascript" src="https://apis.google.com/js/plusone.js"></script> <script type="text/javascript"> gapi.load("gapi.iframes:gapi.iframes.style.bubble", function() { if (gapi.iframes && gapi.iframes.getContext) { gapi.iframes.getContext().openChild({ url: 'https://www.blogger.com/navbar.g?targetBlogID\x3d29439955\x26blogName\x3dIl-Log%C4%A7ba+s-Sabi%C4%A7a\x26publishMode\x3dPUBLISH_MODE_BLOGSPOT\x26navbarType\x3dBLUE\x26layoutType\x3dCLASSIC\x26searchRoot\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/search\x26blogLocale\x3den_GB\x26v\x3d2\x26homepageUrl\x3dhttp://werld-kapp.blogspot.com/\x26vt\x3d-2929419435740534102', where: document.getElementById("navbar-iframe-container"), id: "navbar-iframe" }); } }); </script>

13.7.06

TotoDinja 1-X-2: Riżultati



Skużawni tad-dewmien. Fl-aħħar kelli ċans ngħodd il-punti kollha mill-ġdid. Kif se taraw, għamilt tliet klassifiki differenti.

1. Punti

Punt wieħed għal kull tbassira korretta. Il-klassifika wara 64 logħba:

    40 ... Arċibald
    40 ... J'Accuse
    38 ... Mandraġġar *
    37 ... Maqluba
    37 ... Xifer
    36 ... Rod Mallia
    34 ... Maria
    33 ... L-Imżebbel
    31 ... Nigredo **
    30 ... Toni Sant
    28 ... Ereżija ***

* minn 54 logħba
** minn 60 logħba
*** minn 48 logħba

Fl-aħħar J'Accuse laħaq lil Baldu permezz tar-rebħa Ġermaniża fl-ispariġġ kontra l-Portugall. It-tnejn li huma jirbħu vaganza ta' ġimagħtejn fil-gżejjer tar-Repubblika tal-Vanwatu, l-aktar pajjiż ferħan fid-dinja skond il-Happy Planet Index tan-New Economics Foundation.





2. Perċentwali

70.4 % ... Mandraġġar
62.5 % ... Arċibald
62.5 % ... J'Accuse
58.3 % ... Ereżija
57.8 % ... Maqluba
57.8 % ... Xifer
56.3 % ... Rod Mallia
53.1 % ... Maria
51.6 % ... L-Imżebbel
51.7 % ... Nigredo
46.9 % ... Toni Sant
Il-Mandraġġar jirbaħ it-troffa xagħar ta' Camoranesi maqtugħa minn Oddo waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-plejers Taljani.



3. Medja Maltese (sic.)

Wara dan is-suġġeriment tajjeb ta' Jacques: jingħata punt wieħed għal-logħob tal-gruppi, 2 għal dawk ta' l-aħħar sittax, 3 għall-kwarti ta' finali, 4 għas-semi-finali u l-ispariġġ għat-tielet post, u 5 punti għall-final.

Minn massimu ta' 93 punt:

58 ... J'Accuse
52 ... Arċibald
52 ... Rod Mallia
51 ... Mandraġġar
50 ... Maqluba
49 ... Xifer
47 ... Ereżija
46 ... Maria
46 ... L-Imżebbel
39 ... Nigredo
39 ... Toni Sant


No comment... La J'Accuse diġà rebaħ vjaġġ fil-Vanwatu, hawnhekk għandu wkoll daqsxejn spending money. Jogħġobni wisq il-biljett tal-500 vatu...




Prosit ukoll lil Toni Sant talli ġie l-aħħar fl-aħħar żewġ klassifiki (u kważi kważi anke fl-ewwel waħda). Bħala konsolazzjoni, jirbaħ dan ir-ritratt ta' Peter Crouch, l-isbaħ plejer ta' l-FC Baked Beans:

Kummenti: 7

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

P.S. Tistgħu tniżżlu r-riżultati kollha minn hawn:

http://www.geocities.com/antoinecassar2/TotoDinja1X2.xls

13/7/06 04:40  
Blogger Maria qal/qalet...

Twanny, il-Vanwatu huwa anki l-ġenna ta' l-art tal-lingwisti (imma Ġakbu mhux lingwista, hux?) Skond il-Wikipedja
http://en.wikipedia.org/wiki/Vanuatu
"over one hundred local languages are spoken on the islands. The density of languages per capita is the highest of any nation in the world (with an average of only 2000 speakers per language)"!

13/7/06 10:13  
Blogger Maria qal/qalet...

U x'jirbaħ min irnexxielu/irnexxielha jaqta'/taqta' d-dro tal-finali?

;-))

13/7/06 10:33  
Anonymous gakbusfigho qal/qalet...

Gakbu ma huiesc linguista. Gakbu hua sfincronista.

13/7/06 11:18  
Blogger Toni Sant qal/qalet...

Grazzi tal-premju. Apprezzat ħafna.

Sinċerament naħseb li biljett ta' 500 vatu kien ikun aktar xieraq għalija. ;-)

13/7/06 12:19  
Blogger Mandraġġar qal/qalet...

Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehemu f'dan il-blogg. Kienet esperjenza sabiħa anki jekk jien kont biss qarrej.

Mbagħad għaddili t-toppu ta' Camoranesi ħalli nżommu rikordju tar-rebħa tat-Taljani f'din it-Tazza tad-Dinja.

Issa jmissu jerġa jsir blogg sentejn oħra fit-Tazza Ewropeja.

13/7/06 16:27  
Blogger Erezija qal/qalet...

Prosit tal-programm. Hadt pjacir.

13/7/06 22:58  

Itfa' kumment

<< Home